Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta' Kull Xahar - Settembru 2002

Il-Laqgha ta’ Settembru

Ghandha ssir il-Laqgha ghall-membri kollha ta’ l-Ghaqda u ghal dawk li jinteressaw ruhhom fil-kultivazzjoni u l-istudju tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar il-Hadd, 1 ta’ Settembru 2002, fid-9.45 a.m., fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta).

(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa .)

Fil-laqgha fuq avzata s-Sur René Zahra sejjer jaghmel tahdita illustrata bis-slides fuq kollezzjonijiet li ra f’Mejju li ghadda fil-Germanja.

Wara li tispicca din it-tahdita huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali
Fl-ahhar nett dawk il-membri li jattendu jkunu jistghu jippartecipaw f’lotterija b’xejn ghal xitla tal-kaktus jew sukkulenti ohra.

Il-Wirja tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Wirja tal-Kaktus u s-Sukkulenti l-ohra issa saret parti integrali mill-attivitajiet li l-Ghaqda taghna torganizza kull sena. Hafna huma dawk li jkunu qeghdin jistennew din il-wirja bil-herqa, izda biex din il-wirja tkun success irid ikun hemm l-ghajnuna tal-membri wkoll.

Ahna tal-Kumitat niehdu hsieb l-ippjanar u hafna affarijiet ohra, izda l-membri jridu jgibu x-xtieli taghhom ghall-wirja, jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet li jkollna, ihajru qraba u hbieb biex jigu ghall-wirja, jaghmlulna l-pubblicita kif ukoll jaghtuna daqqa t’id kemm fl-armar u kemm fiz-zarmar ta’ din il-wirja. Aktar ma jkun hemm min jaghtina l-ghajnuna tieghu, aktar jehfief ix-xoghol, aktar inkunu nistghu norganizzaw wirja sabiha u l-pubbliku aktar jigi ghaliha.

Malli jinhatar kumitat gdid nibdew nahdmu fuq il-wirja li nkunu sejrin naghmlu dik is-sena u ghalhekk ghandna l-pjacir ninfurmawkom li din is-sena l-wirja sejra ssir nhar il-Gimgha, s-Sibt u l-Hadd, 18, 19, u 20 t’Ottubru 2002. Nhar il-Gimgha 18 t’Ottubru 2002 narmaw il-wirja, izda meta kollox ikun lest din tkun miftuha ghall-membri biss. Din il-haga ssir biex il-membri ta’ l-Ghaqda taghna jkollhom preferenza fuq il-pubbliku generali biex jakkwistaw ix-xtieli li jkunu jixtiequ qabel kulhadd. Dawk li jaghtuna daqqa t’id ikollhom vantagg li jaraw xi xtieli jkun hemm u jakkwistawhom qabel ukoll. Dan qeghdin nghiduh biex hadd ma jahseb li certi affarijiet isiru minn taht. Infakkrukhom li l-Ghaqda twaqqfet biex tkun ta’ ghajnuna ghal dawk li jikkultivaw il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, izda xejn ma jsir wahdu u ghalhekk intom tridu tghinu lil haddiehor ukoll.

L-Ghaqda taghna fuq l-Internet

Ix-xahar li ghadda bghatna ninfurmawkom li l-Ghaqda taghna issa qieghda online. Jekk ghandek il-facilitajiet ta’ l-internet u tidhol fil- http://www.petngarden.com/cactusclubmalta tista’ ssib hafna mill-artikoli li ppubblikajna fl-ahhar tliet hargiet tal-magazine taghna.

Wiehed irid isemmi wkoll li biex ghamilna dan kellna l-ghajnuna tal- http://www.petngarden.com li gentilment offrew b’xejn pubblicita ghall-Ghaqda taghna.

Fl-istess site wiehed jista’ jsib ukoll hafna informazzjoni fuq xtieli ohra, fuq il-pets u sahansitra fuq l-ikel li wiehed jista’ jsib ghalihom. Nistiednu lill-membri kollha li ghandhom il-facilita ta’ l-internet, biex jidhlu f’din is-site u jkunu jistghu jaraw mhux biss dik il-parti li tirrigwardja lilna izda l-partijiet l-ohrajn ukoll.

René Zahra Segr.Onor.
Dar ix-Xewk,
44, Triq il-Gistakor,
Ghaxaq ZTN 11, MALTA
21898521 – E-mail rene@orbit.net.mt
club e-mail : cactusclubmalta@petngarden.com


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004117 seconds
61