Intom
Tistaqsuna,
Ahna Nirrispondukom Mag. 2003
Minn René Zahra
Magazine 2003
Mistoqsija: Kemm iddum ma tinbet iz-zerriegha tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra?
Risposta: Mhux l-ispeci kollha jiehdu l-istess zmien biex jinbtu. Iz-zmien biex iz-zerriegha tibda tinbet jiddependi wkoll fuq kemm tkun friska z-zerriegha li jkollok. Zerriegha tas-sena ta'qabel tinbet malajr, izda zerriegha qadima tista' ddum aktar. Kollox ma' kollox generalment iz-zerriegha tiehu bejn gimgha u xahar biex tinbet sewwa. B'dan kollu hemm certi genera, bhal Opuntia u Tephrocactus li z-zerriegha taghhom tista' tiehu sena biex tinbet, imma din hija eccezzjoni.
Mistoqsija: Meta tista' tittraspjanta s-seedlings?
Risposta: Jekk ikollok serra jew post shun, din l-operazzjoni tista' ssir f'kull zmien. L-importanti li s-seedlings li tkun sejjer tittraspjanta jkunu ta' daqs mhux hazin. Kakti globulari jrid ikollhom diametru ta' aktar minn xi 8 mm, filwaqt li speci li jitwalu jrid ikollhom tul ta' xi 20 mm. Huwa tajjeb jekk fl-ewwel sena taghhom dawn is-seedlings jibqghu jissaqqew anke fix-xitwa, biex b'hekk jibqghu jikbru u f'sena jkollok xtieli ta' daqs tajjeb.
Mistoqsija: Il-kakti u s-sukkulenti l-ohra, kollha jikbru u jaghmlu l-fjuri fl-istess zmien?
Risposta: Bhala regola generali l-ispeci kollha tal-kaktus jikbru bejn Marzu u Settembru. Dan ma nistghux nghiduh ghas-sukkulent l-ohra u anke fl-istess razza nsibu dawk li jikbru fix-xitwa u ohrajn fis-sajf. Hekk insibu li l-maggoranza ta' l-ispeci tar-razza tal-Mesembryanthemum jikbru fix-xitwa, izda hemm ohrajn li jikbru fis-sajf. Il-Lithops jikbru fis-sajf, izda l-Faucaria, Gibbaeum, Pleiospilos, u l-Cheridopsis jikbru fix-xitwa. Hija haga impossibbli li naghtukom lista shiha tax-xtieli li jikbru fis-sajf u ta' dawk li jikbru fix-xitwa, izda fejn wiehed ma jkunx jaf jista' jirrikorri lejn dilettanti li ilhom fid-delizzju meta jkollna il-laqghat ta' kull xahar.
Mistoqsija: Liema huma dawk il-kakti u sukkulenti ohra ideali ghal dawk li jkunu ghadhom kif bdew id-delizzju?
Risposta: Hemm hafna aktar speci li facli tkabbarhom milli dawk difficli. Is-sabih tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra huwa li dawn ix-xtieli jaghtuk cans li taghmel zball, ghaliex minflok imutu dawn jibdew jikbru hazin, jew sahansitra jibdew ma jikbrux, lanqas meta jkun zmienhom. Meta jigri dan wiehed jinduna li l-kondizzjonijiet li jkun qieghed jaghti lix-xtieli tieghu ma jkunux tajbin u allura jkun jista' jibdilhom. Sintendi hemm xi speci li huma izjed facli mill-ohrajn. Hekk nistghu nghidu li mis-sukkulenti l-ohra l-Aeonium, l-Aloe, l-Agave, l-Stapelia, u numru ta' speci tar-razza tal-Mesembryanthemum huma facli hafna biex tkabbarhom. Mir-razza tal-kaktus insibu li l-Echinopsis, il-Ferocactus, l-Espostoa, il-Mammillaria u l-Echinocereus kollha huma facli biex tibda bihom.
Mistoqsija: Liema huma dawk il-kakti difficli biex izzommhom fuq gheruqhom?
Risposta: Generalment dawn huma kakti li fuq gheruqhom jikbru bil-mod hafna u minn dawn jezistu tista' tghid fil-genera kollha. Per ezempju, normalment l-ispeci tal-Mammillaria huma facli fuq gheruqhom, izda l-M. sabooa, theresae, hernandezii, peresdelarosae, u sanchezmejorada kollha jridu jitlaqqmu meta jkunu ghadhom seedlings. Hemm ukoll certi genera li l-ispeci taghhom kollha jridu jitlaqqmu ftit wara li jinbtu, ghaliex fuq gheruqhom ma jikbrux sewwa u dawn huma: L-Aztekium, il-Blossfeldia, l-Echinomastus, il-Pediocactus, il-Pyrrhocactus, u x-Sclerocactus.
Mistoqsija: Meta huwa l-ahjar zmien biex tlaqqm il-kaktus?
Risposta: Biex it-tilqim ikun success l-ewwel haga li ghandna naghtu kas hija li kemm ix-xitla li nkunu sejrin inlaqqmu fuqha, kif ukoll ix-xitla li nkunu sejrin inlaqqmu, jkunu jridu qeghdin jikbru. Huwa propju minhabba dan li l-ahjar zmien biex tlaqqam huwa bejn April u Settembru, izda jkun ahjar jekk meta tkun hafna shana ma jsirx tilqim. Mela Lulju u Awissu ma tantx huma xhur tejjeb ghat-tilqim tal-kaktus.
Mistoqsija: Il-kakti u s-sukkulenti l-ohra bilfors trid izzommhom go serra?
Risposta: Jezistu numru sabih ta' speci li jistghu jitkabbru barra fil-berah is-sena kollha basta jkollhom ix-xemx. Ghal dawn l-ispeci ma jkollokx bzonn serra. Minkejja dan kollu serra jkollok bzonnha bilfors meta tkabbar il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra miz-zerriegha u ghas-seedlings. Serra tintuza ghaliex go fiha jista' jkollok kontroll fuq il-klima u tohloq ambjent izjed ideali ghax-xtieli li qieghed tkabbar. Hekk tohloq id-dell meta tkun hafna xemx; taghti l-ilma kif u kemm ikun hemm bzonn; fik ukoll izzid is-shana fix-xitwa.
Mistoqsija: Meta tkabbar il-kaktus miz-zerriegha u tpoggi kollox f'borza tal-plastik, hemm bzonn li kultant tiftah dawn il-boroz biex ix-xtieli jiehdu l-arja?
Risposta: Ma hemm l-ebda bzonn li tiftah dawn il-boroz tal-plastik. Ix-xtieli jiggeneraw l-arja kollha li jkollhom bzonn huma stess. Dawn il-boroz jinfethu biss meta ghal habta ta' Settembru x-xtieli jkunu kbar bizzejjed biex ikunu traspjantati individwalment. Jekk wiehed jiftah dawn il-boroz minghajr bzonn ikun hemm il-periklu li tista' tiddahhal x'infezzjoni. Jekk minn gol-borza nindunaw b'xi mard, allura jkollna nifthu l-boroz biex nuzaw xi insetticida jew fungicida skond il-bzonn.
Mistoqsija: Kemm huma perikoluzi l-insetticidi u l-fungicidi li jintuzaw fuq il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra.
Risposta: Kemm l-insetticidi u kemm il-fungicidi huma veleni li jistghu jaghmlulna hafna hsara u ghandhom jintuzaw b'attenzjoni kbira. Jekk wiehed ikun qieghed juzahom barra ghandu joqghod attent biex il-bexx ma jigix fuqu u f'wiccu. Dejjem ghandna nbixxu favur ir-rih, biex b'hekk il-bexx imur mar-rih u mhux fuqna. Jekk inbixxu f'serra, ghandna dejjem nuzaw maskra apposta. Irridu niftakru li jekk waqt l-uzu ta' dawn il-veleni nxommuhom ifisser li ma jkollniex protezzjoni bizzejjed u jkun qeghdin jaghmlulna l-hsara.
Mistoqsija: Il-kaktus kollu ghandu x-xewk?
Risposta: Il-bicca l-kbira ta' l-ispeci tal-kaktus ghandhom ix-xewk, izda hemm speci li ghanhom xewk zghir li bilkemm jidher, u ftit ohrajn li m'ghandhom xewk xejn. Hekk insibu li l-Astrophytum myriostigma u l-Astrophytum ornatum m' ghandhom xewk xejn. Min-naha l-ohra nsibu li lix-Schlumbergrera truncata ghandha xewk insinifikanti. Minkejja dan kollu haga li tiddistingwi l-kaktus minn xtieli ta' razez ohrajn huwa l-fatt li l-ispeci kollha tal-familja tal-kaktus ghandhom l-areoli.
Mistoqsija:Dan l-ahhar sibt l-isem tal-genus Roseocactus, izda f'kotba u certi listi taz-zerriegha dan l-isem ma sibtux. Dan ghaliex?
Risposta: L-isem Roseocactus huwa l-isem antik ta' certi kakti li llum qeghdin f'genus iehor. Dan il-Genus twaqqaf minn Berger ghal 4 speci differenti li llum kollha nsibuhom fil-genus Ariocarpus.
Mistoqsija: Hafna drabi nisimghu li certa zerriegha mhix friska u ghalhekk difficli biex tinbet. Kemm iddum friska u tajba biex inmbet iz-zerriegha tal-kaktus u sukkulenti l-ohra?
Risposta: Bhala regola generali z-zerriegha tkun fl-aqwa taghha biex tinbet fis-sena ta' wara li tkun ingabret. Jekk din tkun ingabret fis-sajf, allura fir-rebbiegha ta' wara tkun fl-aqwa taghha. Minkejja dan kollu jekk iz-zerriegha tkun priservata f'certi kondizzjonijiet favorevoli tista' ddum tajba ghal hafna snin. Hafna drabi zerriegha li tibqa' gol-frotta taghha ddum tajba ghal aktar zmien minn dik li titnaddaf. Jekk min-naha l-ohra din tkun mizmuma fl-umdità anke wara sena tista' ma tibqax tajba u meta nizirghuha ma jinbet xejn.
Mistoqsija: Qieghed infittex biex nixtri z-zerriegha ta' certi sukkulenti ghaliex ma nista' nsibhom imkien?
Risposta: L-ewwel haga li wiehed irid jiftakar huwa l-fatt li certi sukkulenti ohra huma aktar rari fil-kollezzjonijiet mill-kakti. Minkejja dan kollu r-raguni principali hija li hafna mis-sukkulenti l-ohra ghandhom modi differenti kif ixerrdu z-zerriegha taghhom meta din tkun immaturat. Fil-kaktus din tkun go frotta li tittiekel mill-annimali u wara li din tkun ghaddiet minn go fihom titwassal fi nhawi ohra. Fis-sukkulenti l-ohra nsibu li z-zerriegha tisplodi (e.g. fl-Euphorbia), jew tittajjar mar-rih (e.g. fl-Asclepiadacae = ir-razza ta' l-Istapelia, Adenium, Pachypodium). Minhabba dan kollu huwa hafna aktar difficli biex tigbor din iz-zerriegha u ghalhekk dejjem hija izjed rari u sahansitra oghla fil-prezz.
Mistoqsija: Il-bajtar tax-xewk kaktus, u jekk dan huwa kaktus, minn dejjem kien jezizti f'dawn il-gzejjer?
Risposta: Iva, il-bajtar tax-xewk huwa kaktus u l-isem botaniku huwa; Opuntia ficus-indica. Le, mhux minn dejjem kien jezisti f'dawn il-gzejjer. Bhal kaktus kollu l-bajtar tax-xewk origina fl-Amerika u allura ma kienx jezisti f'Malta u Ghawdex qabel ma nstabel l-Amerika fl-1492. Aktarx li kienu l-Kavallieri ta' San Gwann stess li ntroducew dawn il-kakti f'Malta, ghaliex ghal xi snin dawn kellhom interessi kbar fil-gzejjer tal-karibew.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|