Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

Intom Tistaqsuna, Ahna Nirrispondukom Mag. 2002

Minn René Zahra

Magazine 2002

Mistoqsija: Meta tixtri z-zerriegha, kif tista' taghraf jekk din tkunx friska jew le?

Risposta: Sfortunatament m'hemm l-ebda metodu biex tkunx taf jekk iz-zerriegha tkun friska jew le. Tkun taf biss jekk tkun ghamilt kollox sewwa u ma jkollox rizultati tajbin, ghaliex f'dan jekk jigri dan ikun ifisser li z-zerriegha kienet hazina.

*

Mistoqsija: Meta nkun sejjer naghmel repotting liema ghandu jkun l-ahjar daqs tal-qsari l-godda, u nista' naghmel dan ix-xoghol fix-xitwa meta jkolli aktar hin u ma tkunx shana? Naf li m'ghandix insaqqi dan iz-zmien.

Risposta: Id-daqs tal-qasrija l-gdida jrid ikun ftit akbar minn dak li kellek qabel. B'hekk meta x-xitla tithawwel fil-qasrija l-gdida jrid ikun hemm spazju ta' ftit aktar minn subgha bejn it-tarf tal-qasrija u x-xitla.

L-ahjar zmien biex wiehed ibiddel il-qsari huwa immedjatament qabel ix-xtieli taghna jibdew jikbru. Dan jiddependi hafna fuq fejn dak li jkun izomm ix-xtieli tieghu. Jekk ikollok serra allura il-kaktus jibda jikber fl-ewwel gimghat ta' Marzu u allura wiehed jista' jibda jibdel il-qsari fi Frar meta tkun ghadha x-xitwa. Jekk ikollok ix-xtieli tieghek barra allura jkollok tistenna sakemm taqta' x-xita. Wara r-repotting dejjem tridu tistennew xi ftit qabel tibdew it-tisqija regolari u jekk tkun ghadha l-kesha trid tistenna sa kemm it-temp jishon xi ftit.

*

Mistoqsija: Fis-suq hawn xkejjer ta' fertilizzant natural. Dan huwa demel tal-baqar. Dan il-fertilizant jista' jintuza fuq il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra?

Risposta: Ghalkemm dan il-fertlizzant huwa tajjeb hafna ghall-gnien ma nirrakkomandawhx ghal gol-qsari. Dan id-demel ma jinhallx fl-ilma u fih hafna nitrogenu li ma jaghmel tajjeb lix-xtieli taghna. Dan id-demel huwa wkoll nieqes minn dawk li nsejhulhom trace elements u li huma utli hafna ghax-xtieli taghna. Minkejja dan kollu xi ftit demel ta' din il-kwalitą jista' jithallat mal-kompost ta' l-epifiti.

*

Mistoqsija: Nixtieq nibda kollezzjoni ta' genus wiehed mill-hafna li nsibu fil-familja tal-kaktus. Liema huma dawk il-genera li fihom hafna speci differenti u liema huma ideali ghall-kollezzjoni?

Risposta:Mela inti sejjer tispecjalizza. Sintendi inti ma tridx xtieli li jiehdu hafna spazju ghaliex biz-zmien isiru sigar kbar. Hemm hafna genera li fihom hafna speci li jibqghu zghar. Zgur li fuq quddiem nett insibu l-Mammillaria, izda hemm genera ohrajn ukoll. Hekk wiehed jista jaghmel kollezzjoni tal-Echinocereus, tal-Parodia tal-Coryphantha, tan-Notocactus, tal-Gymnocalycium, tas-Sulcorebutia, jew tal-Lobivia. Dawn kollha huma genera li fihom hafna speci ta' xtieli li jibqghu zghar izda jaghmlu hafna fjuri.

*

Mistoqsija: Fis-suq hawn hafna kwalitajiet ta' fertilizzanti Plant food, Kwazi kollha ghandhom bhala elementi ewlenin in-nitrogenu, ķl-fosfru u l-potassium, Minhabba dan nigi bejn haltejn x'sa nuza ghax-xtieli tieghi. Ghal success fit-tkabbir tax-xtieli taghna liema huwa l-ahjar?

Risposta: L-ahjar fertilizzanti ghax-xtieli taghna huma dawk li jkollhom persentagg ta' nitrogenu baxx u aktar fosfru u potassium. B'danakollu aktar ma jkun hemm trace elements aktar ikun ahjar. X'uhud minnhom huma: Magnesium, Kubrit, Boron, Ram, Hadid, Manganese, u ohrajn. Dan iridu jkunu prezenti biex xitla tikber sewwa. Dejjem irridu niftakru li ghall-kaktus u s-sukkulenti l-ohra rridu nuzaw nofs id-doza li nuzaw ghax-xtieli l-ohrajn.

*

Mistoqsija: Hemm xi raguni ghaliiex certi xtieli filli jkunu sejrin tajjeb u f'daqqa wahda ma jibqghux jikbru u jibdew sejrin lura?

Risposta:Jista' jkun hemm tliet ragunijiet principali ghaliex jigri dan u ghalhekk irridu naraw liema wahda minnhom tkun tapplika ghal kaz taghna.

1 - Il-kondizzjonijiet ta' fejn tkun dik ix-xitla partikolari jkunu nbidlu. Jista' jkun li inti tkun biddilt il-post ta' din ix-xitla u l-post il-gdid ma jkunx adekwat ghaliha. Jista' jkun li xi xitla qrib tkun kibret izjed minnha u issa minhabba f'hekk inbidlu l-kondizzjonijiet. 2 - Jista' jkun li l-kompost li fih tikber din ix-xitla partikolari ilu ma jinbidel. 3 - Jista' jkun li hemm xi mard ma' l-gheruq. Fl-ahhar zewg kazi l-gheruq imutu u ghalhekk ix-xitla ma tikbirx.

Ir-rimedju fl-ewwel kaz huwa li tibdel il-post ta' fejn hemm ix-xitla u tipprova terga' taghtiha l-istess kondizzjonijiet li kellha qabel, filwaqt li fl-ahhar zewg kazi trid tibdel il-kompost il-qadim kemm jista' jkun malajr.

*

Mistoqsija: Meta huwa l-ahjar zmien biex tibdel il-kompost tax-xtieli tieghek?

Risposta: Jekk inti tkun qieghed tibdel il-kompost bhala rutina u mhux ghaliex hemm xi urgenza bhal fl-kaz tal-mistoqsija ta' qabel, din l-operazzjoni ghandha ssir ftit qabel ix-xtieli taghna jibdew jikbru. Bhala regola generali ghal kaktus dan ghandu jsir f'nofs Marzu.

*

Mistoqsija: F'Marzu jiena zrajt iz-zerriegha ta' numru ta' speci differenti ta' kaktus, Meta huwa z-zmien tajjeb biex dawn ix-xtieli zghar inxettilhom, biex b'hekk ikollhom aktar spazju fejn jikbru.

Risposta: Meta xxettel jiddependi hafna fuq kemm tkun zviluppat is-seedling. Jekk inti zrajt f'Marzu l-bicca l-kbira tas-seedlings sejrin ikunu kbar bizzejjed biex jixxettlu u naghtuhom aktar spazju u kompost gdid fil-bidu ta' Mejju. Dan il-kobor jiddependi hafna fuq l-ispeci li tkun zrajt. Hekk, per ezempju c-cerei jikbru l-aktar malajr u zgur li f'Ottubru jkunu kibru bizzejjed biex jixxettlu. Dan nistghu nghijduh ukoll ghall-kakti ohra bhal Mammillaria, Notocactus, Neoporteria, Ferocactus, Gymnocalycium, Echinopsis, Lobivia Melocactus, Discocactus u hafna ohrajn. Jekk is-seedlings ikollhom diametru ta' xi 6 mm jew aktar allura jkunu kbar bizzejjed biex jixxettlu. Imbaghad hemm speci ohrajn bhal; Ariocarpus, Parodia, Strombocactus, Turbinicarpus u ohrajn li wiehed ikollu jhallihom fl-istess post fejn nibtu sa Marzu ta' wara, jew sakemm dawn is-seedlings ikollhom diametru ta' bejn 5 u 6 mm.

Importanti hafna li fl-ewwel sena ta' hajjithom dawn is-seedlings jibqghu jissaqqew anke fix-xitwa biex b'hekk jibqghu jikbru. Minhabba dan iridu jitpoggew f'post shun u xemxi.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

EggArt by Candice

pet xstitch free pattern

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.016207 seconds
61