Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Intom Tistaqsuna, Ahna Nirrispondukom Mag. 2001

Minn René Zahra

Magazine 2001

Mistoqsija: Tista' tghijdli ghaliex dawn il-genera ta' kaktus jissejhu hekk: Astrophytum, Parodia, Melocactus, u Turbinicarpus.

Risposta: L-Ismijiet ufficjali ta' kull haga hajja, inkluzi x-xtieli ghandhom isem bil-Latin. Hafna drabi dan ikun maghmul minn kliem differenti li ftit jew wisq jiddeskrivi x-xitla jew sahansitra jfakkar xi persuna prominenti. Tlieta mill-ismijiet li tajtuna jiddeskrivu x-xitla u wiehed ifakkarna f'botaniku mill-Argentina. Astrophytum: Dan l-isem huwa maghmul minn zewg kelmiet; Astro - li tfisser stilla u phytum - li tfisser xitla. Mela dan l-isem ifisser; xitla forma ta' stilla. Melocactus wkoll hija kelma maghmula minn zewg kelmiet. Melo - tfisser bettieha, u cactus - tfisser xewka. Mela din hija xitla b'forma ta' bettieha bix-xewk. Turbinicarpus hija kelma ohra maghmula minn zewg kelmiet. Turbina - li tfisser zugraga u carpus - li tfisser xitla wkoll, ghalhekk dan l-isem ifisser xitla li ghandha forma ta' zugraga. L-isem Parodia nghata lil certi kakti li jinstabu principalment fl-Argentina biex jonora lill-Parodi li kien botaniku Argentin.

*

Mistoqsija: X'differenza hemm bejn il-perlite u l-grit u x'funzjoni ghandhom ghal mat-tahlita tal-kompost.

Risposta: Dawn huma zewq materjali differenti izda ghandhom l-istess funzjoni. Dawn jithalltu mal-kompost biex jifthuh aktar u b'hekk jinxef aktar malajr. Il-perlite huwa materjal artificjali li ghalkemm hafif jista' jixrob xi ftit ilma u ghalhekk l-gheruq jistghu jaqbdu mieghu biex ikollhom xi ftit umdità. Minhabba li huwa hafif jista' jibda jitla' fil-wicc tal-kompost. Il-grit huwa materjal naturali u aktarx li jkun maghmul minn frak tal-granit jew tas-silika. Dan il-materjal huwa tqil u forsi jithallar ahjar, kif ukoll izomm aktar niexef. Jekk ghandekx tuza wiehed jew l-iehor hija kwistjoni ta' gosti.

*

Mistoqsija: Liema huma l-vantaggi li wiehed jghatti l-wicc tal-kompost bil-grit.

Risposta: Din il-haga ssir biex il-kompost li normalment ikun hafif hafna ma johrogx mill-qasrija ma kull tisqija li naghtu minn fuq, izda dan iservi wkoll biex izomm il-kompost izjed frisk ghaliex minhabba li dan ikun bajdani jirrifletti s-shana lura u fil-vojt ta' bejn il-bicciet ikun hemm id-dell. Esperimenti li ghamilna juru car li dawk il-kakti li jkollhom il-wicc tal-kompost miksi bil-grit jikbru izjed minn dawk li ma jkollhomx.

*

Mistoqsija: Meta huwa l-ahjar hin u l-ahjar metodu biex iddakkar il-fjuri u b'hekk dawn jipproducu z-zerriegha.

Risposta: L-ahjar hin biex iddakkar il-fjuri huwa fl-aktar parti shuna tal-gurnata. Il-pollen ta' xitla jista' jigi trasferit fuq l-istigma ta' xitla ohra b'pinzell b'xaghar artab. Wiehed jista' juza wkoll pinzetta irqiqa li biha jittrasporta l-anteri li jkollhom il-pollen ghal fuq l-istigma, li hija l-parti feminili tal-fjura.

*



Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004338 seconds
61