Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Dettalji migbura mill-kelmtejn li nibaghtulkom kull xahar

Minn René Zahra

X'wiehed jista' jaghmel fix-Xitwa
(Jannar 1999)

Meta tibda 1-kesha 1-attivita’ diretta fuq ix- xtieli taghna tieqaf xi ftit. Minkejja dan kollu jiena nsib li dan huwa z-zmien ideali biex naghmel hafna xoghol konness mad-delizzju taghna u li jkun impossibli ghalija li naghmlu f'xi zmien iehor.

L-aktar haga li nhobb naghmel f’dan iz- zmien huwa li naqra dawk il-kotba u magazines li normalment matul il-parti l- ohra tas-sena ma jkollix cans narhom sewwa. Hafna drabi jigrili li dawk il- magazines u 1-kotba tal-kaktus u s- sukkulenti 1-ohra li nixtri jew nircevi fir- rebbiegha jew fis-sajf, naghtihom daqqa t'ghajn hafifa u nhallihom hemm. Fix- xitwa dejjem nerga' ndur ghalihom, u erhili naghmel lista wara 1-ohra ta' dawk ix-xtieli li nkun qrajt fuqhom u nkun nixtieq nakkwista. Dan huwa wkoll zmien biex naghmel kuntatti ma' dilettanti ohra kemm Malta kif ukoll f’pajjizi ohra. Fl- istaguni 1-ohra kulhadd ikollu x'jaghmel hafna u jista' ma jkollux zmien ghalik.

lx-xitwa hija wkoll zmien tajjeb biex ticcekkja l-ismijiet tax-xtieli li jkollok. Hafna drabi jigri li biz-zmien il-kitba fuq il-labels li jkollok tibda titfi u jekk ma toqghodx attent tispicca li l-isem jisparixxi ghal kollox u jintilef. Hafna drabi ma tkunx haga hafifa biex dan terga ssibu. Minhabba f'hekk fix-xitwa nhobb niccekkja dawn l-ismijiet u jekk ikun hemm xi whud li bdew jitfu malajr nerga' niktibhom.

Dan huwa zmien tajjeb ukoll biex taghmel il-pjanijiet tieghek ghall-istagun ta' wara. Per ezempju, tippjana serra; tara liema qsari se jkollok bzonn tibdel; tixtri 1-kompost u l-qsari li jkun se jkollok bzonn u jekk se tkabbar il-qsari tara li jkollok fejn tpoggihom. Hafna drabi jigri li meta jasal iz-zmien tajjeb biex taghmel dan ix-xoghol tahli hafna zmien tigri biex issib jahdimlek, biex tixtri l-qsari u/jew il- kompost, jew inkella tmahhah fejn issa se tpoggi x-xtieli li kabbartilhom il-qasrija. Dan l-ippjanar minn qabel ihaffiflek hafna x-xoghol meta fir-rebbiegha jasal iz-zmien biex taghmel dawn 1-affarijiet kollha f'daqqa wahda. Jekk ma jkollniex pjanijiet minn qabel iz-zmien itir malajr u nispiccaw biex tasal xitwa ohra u nkunu ghadna m'ghamilniex nofs dak li nkunu xtaqna.

Xtieli sukkulenti li jridu inqas xemx
(Frar 1999)

Filwaqt li normalment il-kaktus u s- sukkulenti kollha jridu hafna u hafna xemx, hemm eccezzjonijiet ghal din ir- regola wkoll. Zgur li lkoll ghandna post li tilhqu inqas xemx minn fejn inzommu l- kollezzjoni taghna u hafna drabi jkollna t- tentazzjoni biex inpoggu xi xtieli f’dawn il- postijiet ukoll. Jekk ma nkunux attenti u f’dawn il-postjiet inpoggu xtieli li ma jkunux addattati jiddispjacina zgur, ghaliex dawn jibdew jikriehu.

Fil-familja tal-kaktus l-speci kollha tal- genus Gymnocalycium biss jikbru tajjeb jekk ikollhorn xemx diretta ghal ftit sighat biss, u ma jiddejqux jekk ikollhom xemx anqas minn kaktus iehor. Min-naha l- ohra minn fost is-sukkulenti 1-ohra hemm hafna genera li sahansitra jippreferixxu jekk ikollhom xi ftit aktar dell mix-xtieli l- ohra. Fost dawn hemm il-Howorthia, l- Echeveria u whud mir-razza ta' l-Stapelia. Eccezzjoni ghall-Echeveria hija l-E.lauili bhal kaktus trid hafna xemx.

Wiehed irid jiftakar ukoll li x-xtieli z-zghar taz-zerriegha, fl-ewwel sena taghhom ikunu iridu wkoll xi ftit inqas xemx minn huthom akbar minnhom. Dan kollu ma jfissirx li jkunu jridu d-dell biss, izda anqas sighat ta'xemx diretta. Meta dawk ikunu bdew ikabbru x-xewk u jkollhom diametru ta xi 15 mm wiehed jista' bil-mod jibda jaghtihom aktar xemx.

Xi kaktus u sukkulenti ohra jistghu jikbru barra s-sena kollha
(April 1999)

Minhabba t-tip ta' klima u hamrija li ghandna hawn Malta mhux il-kaktus u s- sukkulenti 1-ohra kollha jistghu jitkabbru barra fil-berah gol-gonna taghna. Sfortunatament il-bicca 1-kbira tal-kaktus u s-sukkulenti 1-ohra joriginaw minn artijiet li fihom l-istagun tax-xita huwa s-sajf. Huwa minhabba dan li dawn ix-xtieli ma jkunux jistghu jitkabbru fil-berah, ghaliex ghalihom meta taghmel il-kesha jkunu jridu jistriehu u ghalhekk ikunu jridu jibqghu xotti. Mill-banda 1-ohra meta tasal is-shana jkunu jridu l-ilma biex jikbru. Minkejja dan kollu hemm xi whud minn dawn ix-xtieli li kapaci jadattaw ruhhom ghall-ambjent taghna, filwaqt li ohrajn jigu minn postijiet li ghandhom klima li tixbah li dik taghna f'kollox.

L-aktar kaktus li kapaci jadattaw ruhhom ghall-klima taghna huma dawk twal. Fost dawn wiehed jista' jsemmi l-Espostoa, t-Trichocereus, u kwazi t-tip ta' cerei kollha. Bhala regola generali 1-Opuntia kollha wkoll jikbru tajjeb fil-klima taghna. Fost il-kakti globulari ftit insibu speci li wiehed jista' jhawwel barra fil-gnien. Fost dawn wiehed irid isemmi l-Echinocereus grusonii li jikber tajjeb hafna, izda dan huwa forsi l-unika eccezzjoni.

Fost is-sukkulenti 1-ohra nsibu li dawk l- ispeci li jigu mill-Gzejjer Kanarji jikbru tajjeb hafna fil-gonna taghna. Minn dawn ii-gzejjer jigu 1-bicca 1-kbira ta' l- ispeci ta' 1-Aeonium. ll-bicca 1-kbira ta' l- ispeci ta' 1-Aloe nistghu nhawluhorn ukoll fil-gonna taghna fejn jikbru tajjeb u anke jaghmlu hafna fjuri. Hemm ukoll hafna sukkulenti ohra li jigu mill-Punent ta' l- Afrika t’Isfel. Minhabba li f’dawn l-inhawi x-xita taghmel fix-xitwa, x-xtieli ta' dawn l- inhawi jikbru tajjeb hafna fil-klima taghna. Fost dawn ix-xtieli wiehed jista' jsemmi l- Cotyledon, certi Mesembryanthemum, certi speci t'Euphorbia u hafna ohrajn. Minkejja dan kollu wiehed irid jiftakar ukoll li f’dan il-post taghmel anqas xita milli taghmel f'Malta u ghalhekk biex dawn ix- xtieli jkunu jistghu jitkabbru barra, jridu jkunu f’postijiet li minnhom l-ilma tax-xita jiskula malajr. Xi rock garden huwa post ideali ferm biex fih ikollok dan it-tip ta' xtieli.

Hallejt il-problema tal-hamrija ghall- ahhar. Il-hamrija taghna hawn Malta hija kollha alkalina hafna (ghandha hafna gir). Huwa minhabba li certi kaktus u sukkulenti ohra ma jkunux iridu din it-tip ta' hamrija li jkollna nirrangaw ftit il- hamrija taghna. Dan jista' jsir billi maghha nzidu1-peat kif ukoll ramel apposta li jigi minn barra u li huwa maghmul mill-blat tal-granit.

Bdiet is-shana
(Gunju 1999)

Ghal darba ohra s-shana waslet f'daqqa. Meta tasal is-shana jkollna bil-fors niehdu hsieb li mmorru ghal dawk l-attivitajiet li s- soltu naghmlu fis-sajf.

L-ewwel haga vitali li trid taghmel biex ikollok zvilupp taijeb fil-kobor tax-xtieli tieghek, huwa li tibda ssaqqi izjed spiss. Kull xahar tista' zzid ma' l-ilma tat-tisqija xi ftit fertilizzant (dejjem nofs id-doza li wiehed juza ghal xtieli ohra).

Haga ohra importanti hija li nipprotegu x- xtieli taghna mis-shana u x-xemx zejda. Dan jista' jsir billi fis-serra jkollok ventilazzjoni tajba, u billi ntappnu xi ftit il- hgieg. Wiehed jista' juza wkoll l- agricultural shading cloth li jaghmel l- anqas dell, ghaliex hemm hafna tipi differenti, u li jaghmlu dell aktar.

Issa huwa z-zmien ideali biex nibdlu l- kompost il-qadim. Irridu nfakkrukom li l- kompost ta' barra ma jdumx tajjeb ghal aktar minn sentejn. Meta nibdlu l- kompost irridu naraw li neliminaw ukoll il- mard li jista' jkollhom ma' l-gheruq ix-xtieli taghna. Jekk ikun hemm xi insetti nistghu nbixxu dawn l-gheruq b’xi insetticida tajjeb. Jekk ikun hemm xi tahsir ghandna naqtghu barra dan it-tahsir kollu u wara li nhallu i-griehi f'dawn l-gheruq jinxfu sewwa ghal xi ftit granet inhawluhom f’kompost gdid. Wara li nibdlu 1-kompost dejjem ghandna nhallu xi gimgha jew anke tnein qabel nergghu nibdew insaqqu regolarment.

Dawk li zerghu xi zerriegha tal-kaktus ghandhom jiehdu hsieb li dawn ma jinharqux bix-xemx jew bis-shana zejda. Wiehed irid li kull ftit granet jispezzjona minn gol-boroz tal-plastik ix-xtieli ckejknin li ikunu bdew jinbtu. Jekk ikun hemm xi tahsir dan ghandu jitnehha malajr kemm jista' jkun u wara nisprejjaw kollox b’xi fungicida tajjeb.

Perjodici barranin fuq il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra
(LuIju 1999)

Meta wiehed jikteb fuq dan is-suggett ikollu bilfors isemmi l-ewwel dik il- pubblikazzjoni fuq id-delizzju taghna l- aktar li ilha tohrog. Din il-pubblikazzjoni hija l-Cactus and Succulent Journal ta' l- Istati Uniti. Din ii-pubblikazzjoni issa waslet fil-71 volum u ghalhekk l-ewwel volum kien ippubblikat fl-1928. Sal-1949 dan il- magazine kien ippubblikat kull xahar, izda mill-1950 sal-lum baqa' johrog kull xahrejn. Minn ftit taz-zmien 'l hawn mieghu beda johrog ukoll speci ta' newsletter bl-isem ta' To the Point, li tittratta l-aktar fuq l-attivitajiet ta' l- ghaqdiet fl-Istati Uniti li huma affiljati kollha f'ghaqda wahda. Filwaqt li fil- magazine principali jkun hemm artikli ta' livell li l-aktar li jappella huwa ghal dawk li jkollhom certa esperjenza, f’To the Point ikun hemm artikoli mmirati aktar ghall- principjanti.

Kull harga ta' dan il-magazine jkun fiha mal-54 pagna, filwaqt li To the Point ikun fiha xi 20 pagna ohra. Is shubija f'dan il- magazine hija ta' $40 fis-sena u ikollok 6 hargiet tal-Cactus and Succulent Journal u 6 hargiet tat-To the Point. Biex wiehed jabbona f'dawn if-pubblikazzjonijiet ghandu jikteb lill-

Cactus & Succulent Journal
c/o Ms. Mindy Fusaro
P.O. Box 2615
Pahrump, NV 89041-2615,
U.S.A.

Perjodiku iehor ta' kalibru gholi hafna huwa l-British Cactus & Succulent Journal. Wara l-gwerra fl-Ingilterra kien hemm zewg ghaqdiet differenti li kull wahda kellha l-magazine taghha. Fl-1983 dawn iz-zewg ghaqdiet saru wahda u b'hekk tjieb ferm il-livell tal-magazine li beda johrog. Illum din hija forsi l-aqwa pubblikazzjoni fuq id-delizzju taghna. Dan il-magazine johrog kull 3 xhur, u kull harga jkun fiha mal-50 pagna b’hafna ritratti kollha bil-kulur u artikoli interessanti ferm li jappellaw kemm ghall-principjanti, kif ukoll ghal dawk li huma midhla sewwa tad-delizzju taghna. L-abbonament f'din il-pubblikazzjoni huwa ta' £24 (Sterlina) fis- sena u jkollok 4 hargiet ta' dan il- magazine. Biex wiehed jabbona f’dan il- magazine irid jikteb lill-

British Cactus & Succulent Journal
C/o Mr. D. V. Slade,
15 Mrentwood Crescent,
Hull Road
York, YO10 5HU,
England

Irrid nispicca billi nghid li f'kull magazine insibu hafna reklami ta' ditti t'affarijiet li ghandhom x'jaqsmu mad-delizzju taghna.

Genera tal-kaktus li ma tantx huma popolari hawn Malta
(Awissu 1999)

Hemm xi genera li minghajr raguni serja ftit huma popolari mad-dilettanti Maltin u ghalhekk sejjer naghtikom xi ftit informazzjoni fuqhom:

Haageocereus: Id-dilettanti generalment jiskartaw il-genera li isimhom jispicca Ucereus, jahsbu li dawn il-kakti kollha jsiru sigar kbar u jiehdu hafna spazju. L-ispeci kollha ta' dan il-genus ma jitwalux aktar minn xi metru u nofs, u ma tantx jehxienu. Jistghu facilment joqoghdu fi qsari mdaqqsa. Dawn huma xtieli sbieh li generalment kollha ghandhom xewk isfar, folt li jiksihom kompletament. Eccezzjoni huwa H. turbidus b’xewk hamrani. Ma' speci ohra globulari u li jibqghu baxxi, dawn jaghmlu sabih hafna ghaliex joholqu certu kuntrast.

Ortegocactus: Dan huwa genus li fih speci wahda biss. Din l-ispeci ma tantx tikber, izda eventwalment taghmel hafna offsets. L-aktar li tixbah hija lil xi speci ta' Turbinicarpus, izda l-fjuri ta' dawn il-kakti huma different minn ta' l-Ortegocactus. Kien hemm zmien meta z-zerriegha ta' din l-ispeci kont issibha facilment, izda issa hija ftit rari wkoll.

Mediolobivia: Dan huwa genus li fih speci globulari u ckejknin. Dawn kollha ghandhom gherq ohxon hafna u minhabba f'hekk ikollhom bzonn qsari fondi. Hemm botanici li jinkludu dawn il- kakti f'genera ohra, bhal-Lobivia,r- Rebutia u s-Sulcorebutia. Dawn il-kakti kollha ghandhom xewk ckejken, pektinat, jiffurmaw hafna offsets u jaghmlu hafna fjuri li jifthu f'daqqa. Huwa propju minhabba dan kollu li jsebbhu ferm.

Mila: Dan huwa genus li fih biss xi erba' speci u kollha jigu mill-Peru‘, minn madwar il-belt kapitali, Lima (l-isem huwa anagramma ta' Lima), izda minhabba li din il-belt kibret hafna, l-abitat ta' dawn il- kakti qieghed jinqered ghal kollox. Mill- mod kif jikbru, dawn il-kakti jixbhu hafna lill-Echinocereus, izda dawn huma kakti rari hafna fil-kollezzjonijiet taghna.

Neowerdermannia: Dan huwa genus b’ftit speci, tlieta biss; N. chilensis, peruviana, u vorwerkii. Dik ta' l-ahhar hija l-aktar komuni, izda kollha huma speci rari hafna u difficli biex tkabbarhom miz- zerriegha jekk ma tlaqqamhomx ftit wara li jinbtu. Iz-zerriegha taghhom hija rari wkoll u donnu li anke din ma tantx tinbet kif gieb u lahaq. Minkejja dan kollu dawn huma xtieli globulari u interessanti ferm, ghaliex fl-ghamla taghhom huma differenti mill-kakti l-ohra.

Soehrensia: Dan huwa genus iehor b‘ftit speci. Certi botanici jinkludu dawn il- kakti fil-Lobivia, ohrajn fl-Echinopsis, u ohrajn sahansitra fit-Trichocereus. Ghalkemm dawn il-kakti huma globulari jikbru hafna u biz-zmien jitwalu xi ftit ukoll. Dawn il-kakti jqabbluhom mall- Ferocactus tal-Messiku, izda jikbru fl- Argentina u 1-Bolivja. Dawn il-kakti jikbru bil-mod ferm u jiehdu s-snin biex jibdew jaghmlu l-fluri.

Ahbar rigward speci t'Espostoa
(Ottubru 1999)

Bejn 1-1967 u 1-1987 Karel Knize, dilettant minn dik li qabel kienet ic-Cekoslovakkja, kien mar joqghod fil-Peru’ minn fejn beda jbigh iz-zerriegha tal-kaktus lil dilettanti mad-dinja kollha. Iz-zerriegha ghall- ewwel kienet tajba, (ghaliex anke din maz-zmien minnha ma beda jinbet xejn), izda issa jidher sewwa li dan il-bniedem ma tantx kien professjonali, ghaliex fl- ismijiet botanici hawwad kemm felah. L- izjed li hawwad kien f'dawk ta 'l-Espostoa, u f'tal-Copiapoa. lz-zerriegha li kien jigbor kien jaghtiha l-field numbers wara l-inizjali t’ismu “KK”.

Dan l-ahhar fil-British Cactus & Succulent Journal kien ippubblikat artiklu b’hafna ritratti fuq l-Espostoa minn Graham Charles. Dan kien mar fil-Peru’ u sab il- bicca l-kbira ta' l-ispeci ta' dan il-genus. Jiena kont kabbart miz-zerriegha ta' Knize l-ispeci godda kollha li kien ikollu ghall- bejgh u wara ftit bdew jidhluli certi suspetti li dawk l-ismijiet godda kienu biss ismijiet ta' speci ppubblikati taht ismijiet ohrajn. Fl-artiklu tieghu Grahom Charles ikkonfermali dawn is-suspetti u ghalhekk qieghed nghaddilkom din l-informazzjoni.

  • KK300 Espostoa baumanii - Din hija biss l- Espostoa mirobilis ta' Ritter.
  • KK282 Thrixanthocereus jelinkyanus - Din hija biss l-Espostoa calva ta' Ritter. Din hija speci interessanti hafna, ghaliex bhall-E. guntheri ma jkollhiex xaghar.
Minkejja dan kollu bhall-ispeci kollha ta' l- Espostoa tikber tajjeb hafna fil-klima u l- hamrija taghna. Jidher ukoll li Ritter qatt ma kien gabar iz-zerriegha ta' din l-ispeci u ghalhekk kien biss bis-sahha ta' Knize li din l-ispeci waslet hawn, anke jekk b’isem hazin.

Speci gdida tassew
(Ottubru 1999)

Sentein ilu konna gibna Malta lil Dott. Pierre Braun li ghamlilna zewg tahditiet interessanti fuq il-kaktus tal-Brazil fejn flimkien mas-Sur Eddie Pierera Esteves imur jesplora nhawi godda biex jiskopri x' tip ta' kaktus jikber hemm. Jien kont ili hafna snin kuntatt mieghu, izda wara li gie Malta sirna nikkorrispondu hafna aktar spiss.

Meta kien hawn, kien uriena slides ta' speci ta' kaktus tassew interessanti. Din kienet il-Pierrebraunia bahiensis. Dan l- ahhar Dott. Braun rega' kien fil-Brazil ghal xahar shih. Meta rritorna kitibli dwar is- succes enormi ta' dan l-ahhar vjagg. Bizzejjed nghidilkom li sabu kaktus gdid li meta fi ftit zmien ikun ippubblikat sejjer ikun sensazzjoni kbira, u b'hekk jaghti risposta lil dawk li jinsistu li ma baqax izjed speci godda x'wiehed isib.

Nota: Fil-harga ta' Dicembru 1999 tal- magazine Germaniz, Kakteen und andere Sukkulenten - Heft 12, 50 Jahrgang - pagna 311-314, Eddie Esteves Pereira ippubblika validament din l-ispeci that l-isem ta' Pierrebraunia brauniorum, u b'hekk genus li qabel kien fih speci wahda biss issa fih tnejn. Din tikkonferma wkoll b’validita’ ta' dan il- genus interessanti.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.007311 seconds
61