Intom
Tistaqsuna,
Ahna Nirrispondukom Mag. 1999
Minn René Zahra
Magazine 1999
Mistoqsija: Jiena M'ghandix gnien, izda
ghandi terrazzin. Nista'nzomm if-kaktus u
s-sukkulenti tieghi fuq dan it-terrazzin?
Risposta: Jekk it-terrazin tieghek ikun
xemxi anke fix-xitwa, allura dan ikun post
ideali kemm ghall-kaktus kif ukoll ghas-
sukkulenti l-ohra. B'xemxi rrid infisser li fix-
xitwa jkollu xemx diretta ghal mill-anqas
tliet sighat kuljum. L-ahjar jekk it-terrazzin
ikun ihares lejn in-nofs in-nhar, ghaliex
b'hekk ikun milquh ukoll mill-irjieh keshin li
spiss ikollna fix-xitwa.
*
Mistoqsija: Il-kaktus tieghi qeghdin barra
u fis-sajf ikollhom ix-xemx kwazi l-gurnata
kollha. Ikun ahjar kieku lil dawn ix-xtieli
naghtihom xi ftit tad-dell?
Risposta: Matul ix-xitwa l-kaktus u s-
sukkulenti l-ohra ma jridu l-ebda
protezjoni mix-xemx, izda matul ix-xhur
ta' Lulju, Awissu u Settembru ma
naghmlux hazin jekk lix-xtieli taghna
nipprovdulhom xi ftit tad-dell. Dan irid
ikun dak li bl-Ingliz jissejjah broken shade.
Dan il-kwalita ta' dell nistghu nipprovduh
b'xibka apposta li taghti 50% dell u b'hekk
tkun naqqset xi ftit mill-qawwa tax-xemx
sajfija. Din il-kwalita ta'xibka tista' tinxtara
minghand dawk li jbighu l-affarijiet ta' l-
agrikoltura u tkun ta' lewn ahdar.
*
Mistoqsija: Jiena m'ghandix bir jew giebja
u ghalhekk ikolli nuza l-ilma tal-vit.
X'suggerimenti taghtini?
Risposta: Jekk ikollok bilfors tuza l-ilma tal-
vit ikun ahjar jekk dan thallih gurnata
joqghod qabel tuzah, izda hemm xi
affarijiet li tista' taghmel biex tevita li tuza
l-ilma tal-vit. Bla dubju ta' xejn l-ilma tax-
xita huwa l-ahjar ilma u ghalhekk anke
jekk ma jkollokx bir ghandek taghmel
minn kollox biex forsi takkwistah. Hekk-
wiehed jista' per ezempju, jipprova fix-
xitwa jigbor l-ilma tax-xita li jinzel minn fuq
xi wash room, jew minn fuq is-serra stess.
Dan l-ilma jista' jintrefha f'tankijiet tal-
plastik. L-ilma li johrog mill-airconditioner
u mid-dehumidifyer huwa ilma pur ferm,
ghalhekk jista' jintuza ghat-tisqija jekk
mieghu nhalltulu xi ftit fertilizzant.
*
Mistoqsija: Nixtieq naghmel rock garden
bil-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, x'parir tista'
taghtini fuq din il-haga?
Risposta: Kemm il-kaktus kif ukoll is-
sukkulenti l-ohra huma adattati hafna
biex bihom tohloq rock garden. Minkejja
dan mhux l-ispeci kollha huma tajbin. L-
ewwel wiehed irid joqghod attent biex
ma jaghzilx speci li jikbru wisq, ghaliex
inkella dawn malajr jikbru aktar mill-ohrajn
u jistghu anke joqtluhom. It-tieni wiehed
ikun irid jaghzel speci li jifilhu ghall-klima
ta' Malta, u fl-ahhar wiehed irid joqghod
attent li l-ilma minn dan ir-rock garden
jiskula malajr. Dan minhabba li l-aktar
haga li taghmel il-hsara lill dawn ix-xtieli
hija l-ilma zejjed fil-hamrija.
*
Mistoqsija: Il-Kaktus u s-sukkulenti l-ohra,
kemm iridu attenzioni?
Risposta: Bhala regola generali l-kaktus u
s-sukkulenti l-ohra jridu attenzjoni anqas
minn xtieli ohra. Dawn ix-xtieli jaghmlu
zmien twil mis-sena meta ma jkunux iridu
tisqija. Fdan iz-zmien kull ma jkollhom
bzonn huwa li tara li ma jattakawhomx xi
parassiti. Meta dawn ix-xtieli jkunu
qeghdin jikbru ma jkollhomx bzonn ilma
daqs xtieli ohra u allura ma jkollhomx
bzonn attenzjoni daqs xtieli ohrajn.
B'dawn ix-xtieli wiehed jista' jaffordja li
jmur btala barra minn Malta, ghaliex
anke meta jkunu qeghdin jikbru jifilhu
joqoghdu minghajr ilma anke ghal
hmistax-il gurnata. Min-naha l-ohra f'dak
li huwa post tajjeb ghalihom, u bdil tal-
kompost, dawn ix-xtieli iridu attenzjoni
daqs xtieli ohrajn, izda jaghtuk cans
taghmel l-izbalji. Xtieli normali aktarx li
jmutu malli taghmel xi zball, izda dawn ix-
xtieli aktarx li inti stess tosservahom li
mhumiex kuntenti u ghalhekk jaghtuk
cans li tirranga dak l-izball li tkun ghamilt.
*
Mistoqsija:Tista' zzejjen gewwa bil-kaktus
u, s-sukkulenti l-ohra?
Risposta:
Il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra
huma xtieli li jhobbu hafna x-xemx, u
ghalhekk jekk inzejnu bihom gewwa
ghandna noqoghdu attenti biex dawn ix-
xtieli ma nhalluhomx gewwa ghal aktar
minn hmistax-il gurnata. Min-naha l-ohra
jekk ikollok xi hogor ta' tieqa faccata tax-
xemx, allura hawn tista'zzejjen b' dawn ix-
xtieli b' mod permanenti.
*
Mistoqsija:Il-kaktus kollu fih ix-xewk?
Risposta: Bhala regola generali l-kaktus
kollu fih ix-xewk, izda hemm ukoll xi ftit
speci li jew ma fihom xewk xejn, jew
inkella fihom xewk fin hafna insinjifikanti.
Hawn wiehed irid jghid li hemm ukoll xi
sukkulenti ohra li ghandhom ix-xewk ukoll,
izda x-xewk tal-kaktus mhux velenuz.
*
Mistoqsija:Smajt li l-kaktus jaghmel il-frott,
dan kollu jista'jittiekel?
Risposta: Huwa veru li l-kaktus kollu
jaghmel il-frott izda mhux kollu jista'
jittiekel. Dan mhux ghaliex huwa velenuz,
izda ghaliex m'ghandux palat tajjeb.
Ahna hawn Malta nieklu l-frott tal-bajtar
tax-xewk, li huwa kaktus, izda fil-Messiku, l-
Peru, u l-Argentina jieklu wkoll il-frott ta'
hafna speci ta' cerei. Infatti fil-Messiku
huwa izjed facli li tara ghal bejgh il-frott
ta' dawn ic-cerei milli tal-bajtar tax-xewk.
Fl-Izrael qeghdin jikkultivaw ghall-frott
tieghu c-Cereus jamacarus u hemmhekk
diga akkwista certa popolarita.
*
Mistoqsija:Meta huwa l-ahjar zmien biex
tkabbar il-kaktus miz-zerriegha?
Risposta: Jekk inti ma tuzax metodi
artificjali u allura jkollok toqghod ghan-
natura, l-ahjar zmien biex tizra' z-zerriegha
tal-kaktus huwa bejn nofs Marzu u l-
ewwel gurnata ta' Mejju. Qabel nofs
Marzu l-granet ikunu ghadhom qosra
wisq, u biex il-kaktus jinbet irid ikollu certu
sighat ta'dawl. Wara l-ewwel gimgha ta'
Mejju tkun shana wisq u ghalkemm iz-
zerriegha tinbet xorta is-seedlings idumu
hafna biex jizviluppaw sewwa. Iz-zmien
meta tizra' jiddependi minn kemm
ghandek post shun. Jekk ghandek serra
allura tista' tibda tizrgha f'nofs Marzu.
Min-naha l-ohra jekk inti ghandek
baqqieqa (frame) f'post barra, allura dan
ikun izjed kiesah u ghalhekk ikollok tizra'
aktar tard meta t-temperatura bil-lejl tkun
qieghda tibqa' aktar gholja.
*
Mistoqsija:Jiena ma tantx ghandi spazju,
xi tip ta'xtieli tissuggerili li nzomm?
Risposta: Ghal dawk li ma tantx
ghandhom spazju nissuggerilhom xtieli li
ma tantx jikbru. Fost il-genera tal-kaktus
insibu: l-Echinocereus, il-Mammillaria, n-
Notocactus, il-Gymnocalycium u t-
Turbinicarpus. Fost is-sukkulenti l-ohra
hemm ilLithops, il-Faucaria, l-Haworthia, l-
Adromiscus u l-Anacampseros. Sintendi
hemm hafna u hafna ohrajn, izda hawn
semmejtilkhom biss xi ftit li m'ghandhomx
kultivazzjoni difficli. Hawn wiehed jista'
jsemmi wkoll li hemm il-Gymnocalycium
kif ukoll il-Haworthia huma xtieli li ma jridux
xemx daqs is-sukkulenti l-ohra.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|