Articles
Bonsai Club
Cactus Club
Forums


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

Ghaqdiet ohra bhal taghna

(Silta mic-cirkolari ta' Marzu 2002)

Madwar id-dinja jezistu hafna ghaqdiet bhal taghna li jigbru fihom id-dilettanti tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra. Il-bicca l-kbira ta' dawn l-ghaqdiet johorgu l-magazine taghhom kif ukoll jorganizzaw attivitajiet specjali. Hekk insibu ghaqdiet bhal taghna fil-Istati Uniti, l-Ingilterra, l-Germanja, l-Olanda, Franza, l-Italja, l-Ungerija, r-Republika Ceka u s-Sud Afrika. Hija haga stramba li f'pajjizi b'klima bhal taghna ma tantx insibu ghaqdiet bhal dawn. Hekk kemm fi Spanja u kemm fil-Grecja ilhom zmien twil jipruvaw jorganizzaw xi haga fuq skala nazzjonali. Dan nistghu nghejduh ukoll ghall-Awstralja, fejn minkejja li hemm hafna dilettanti u xi zewg ghaqdiet ckejknin, ghad m'ghandhomx ghaqda nazzjonali b'sahhitha. Min-naha l-ohra fl-Istati Uniti nsibu li jezistu ghaqdiet f'kull stat, izda hemm organizazzjoni centrali li tiehu hsieb il-pubblikazzjoni tal-magazine kif ukoll l-organizazzjoni tal-konferenzi li jsiru kull sentejn. Bhalissa l-ahjar magazine huwa dak ta' l-Ingilterra u ta' l-Istati uniti, izda kemm il-Francizi, l-Germanizi , l-Olandizi u t-Taljani, jippubblikaw magazines sbieh u interessanti ferm. Il-Messikani johorgu magazin ukoll, izda dan ma tantx huwa stampat tajjeb u l-ghaqda li tohorgu ma tantx hija attiva, ghaliex qatt ma jorganizzaw konferenzi jew field-trips.

Tliet ghaqdiet differenti jippubblikaw ktejjeb anwali li jkun fih materjal aktar xjentifiku. L-Ingilterra jippubblikaw il- BRADLEYA . Li issa wasal fin-numru 18. Fl-Istati Uniti jippubblikaw il-HASELTONIA u li s'issa ippubblikaw 8, filwaqt li fil-Germanja jippubblikaw ix-SCHUMANNIA u li ghadhom kemm ippubblikaw it-tielet numru.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



See your advert here for $50 ...

EggArt by Candice

xstitch patterns

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Funny Jokes Forum Free sudoku games Top Cocktail Recipes

page generated in 0.012728 seconds
61