Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta' Kull Xahar - Ottubru 2002

Il-Laqgha t’Ottubru

Ghandha ssir il-Laqgha ghall-membri kollha ta’ l-Ghaqda u ghal dawk li jinteressaw ruhhom fil-kultivazzjoni u l-istudju tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar il-Hadd, 6 t’Ottubru 2002, fid-9.45 a.m., fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta).
(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa .)

Fil-laqgha fuq avzata Dott. Francis X. Sammut sejjer jaghmel tahdita illustrata bis-slides, fuq il-Haworthia, xtieli sukkulenti ghal dawk li ma tantx ghandhom xemx.

Wara li tispicca din it-tahdita huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali

Fl-ahhar nett dawk il-membri li jattendu jkunu jistghu jippartecipaw f’lotterija b’xejn ghal xitla tal-kaktus jew sukkulenti ohra.

Il-Wirja tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Bhal ma diga ghednielkom ix-xahar l-iehor il-Wirja tal-Kaktus u s-Sukkulenti l-ohra sejra ssir nhar il-Gimgha, s-Sibt u l-Hadd, 18, 19, u 20 t’Ottubru 2002. Nhar il-Gimgha 18 t’Ottubru 2002, bejn is-7.00 u t-8.30 p.m. tkun miftuha ghall-membri biss. Din il-haga ssir biex il-membri ta’ l-Ghaqda taghna jkollhom preferenza fuq il-pubbliku generali biex jakkwistaw ix-xtieli li jkunu jixtiequ qabel kulhadd. Sintendi l-membri jkunu jistghu jakkwistaw ix-xtieli mal-pubbliku wkoll.

Ma’ din ic-cirkolari qeghdin nibghatulkom poster ckejken biex intom il-membri taghmlulna xi ftit pubblicita wkoll. Dan il-poster jista’ jitwahhal fin-noticeboard tal-postijiet fejn tahdmu u dawk li ghandhom xi negozju jistghu jwahhluh fl-armatura taghhom ukoll. L-Ghaqda taghna m’ghandiex fondi bizzejjed biex nirriklamaw il-wirja fil-gazzetti lokali u ghalhekk l-ghajnuna taghkom tiswa hafna.

Inheggu lill-membri kollha biex jiehdu sehem fil-kompetizzjonijiet li jkollna, ghaliex b’din il-haga nkunu nistghu nuru l-isbah xtieli li ghandna u nhajru lill-pubbliku biex japprezza x-xtieli li ngemmghu ahna.

Inheggu lill-membri kollha biex ihajru lill-hbieb u lill-qrabathom biex jigu jaraw il-wirja taghna u b’hekk inhajru nies godda biex huma wkoll jibdew jithajru jkabbru l-kaktus u s-sukkulenti l-ohra.

Kelliema barranin

Ghandna l-pjacir ninformawkom li fil-laqgha ta’ Novembru sejjer ikollna zewg kelliema barranin; Dr. Tony Mace, u l-mara tiegha Ms. Suzanne Mace. Dawn sejrin ikunu f’Malta fuq btala u gentilment offrew li jaghmlulna zewg tahditiet.Aktar fuq hekk xahar iehor.

Wasalna fl-ahhar tas-sajf u issa min kellu jigbor z-zerriegha biex tinghata li Ghaqda taghna gabar dak kollu li kellu jigbor. Huwa ghalhekk li naghmlu appell lill-membri kollha li ghandhom z-zerriegha tal-kaktus u/jew sukkulenti ohra biex jaghtu din iz-zerriegha lis-Sur Amante Darmanin, jew is-Sur René Zahra sa l-ahhar t’Ottubru. Din hija haga urgenti biex sa l-ahhar ta’ Dicembru nkunu nistghu nippubblikaw il-lista kompluta taz-zerriegha kollha li jkollna qabel ma jibdew hergin listi ohra u naraw xi nkunu nistghu nakkwistaw minn hawn Malta minghajr hafna tfixkil. Infakkrukom li dawk kollha li jaghmlu xi donazzjoni ta’ zerriegha ghal din il-lista ghandhom il-privilegg biex jixtru dawk li jkunu jridu minn din il-lista qabel il-membri l-ohra.

Infakkrukom ukoll li l-propagazzjoni tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra miz-zerriegha hija haga tassew interessanti.

René Zahra Segr.Onor.
Dar ix-Xewk,
44, Triq il-Gistakor,
Ghaxaq ZTN 11, MALTA
Tel: 21898521
E.mail : cactusclubmalta@petngarden.com
Website : http://www.petngarden.com/cactusclubmalta


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004834 seconds
61