Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta' Kull Xahar - Novembru 2002

Zewg tahditiet ta' livel internazzjonali

Ghandna l-pjacir ninfurmaw lill-membri u lill-pubbliku ingenerali, li nhar il-Hadd, 3 ta’ Novembru 2002, ghandna bhala mistednin specjali lil Dott. Tony Mace u lis-Sinjura Suzanne Mace, zewg dilettanti Inglizi, li sejjer jaghmlulna zewg tahditiet bis-slides fuq id-delizzju taghna u b’hekk ikollna c-cans li naraw x’metodi ta’ kultivazzjoni jintzaw f’pajjizi ohra.

L-ewwel tahdita tibda fid-9.45 a.m. u din tkun fuq ir-razza tal-Mesembryanthemum fl-Ingilterra-Minn Ms. Suzanne Mace. Din is-Sinjura ghandha kollezzjoni estensiva ta’ din il-kwalità ta’ xtieli u ghalhekk ghandha esperjenza kbira fil-kultivazzjoni taghhom

It-Tieni tahdita tibda fis-6.00 p.m. u din tkun fuq Kollezzjonijiet u Nureseries fl-Istati Uniti – Minn Dott. Tony Mace. Dan is-Sinjur mar kemm il-darba fl-Istati Uniti fejn anke ghamel hafra tahditiet.

Iz-zewg tahditiet isiru fil-kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133 Triq Melita l-Belt (Valletta).
(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa.)

Nappellaw lill-membri kollha u lil dawk kollha li jinteressaw ruhhom f’dawn ix-xtieli biex ma jitilfux din l-opportunità li jisimghu zewg tahditiet ta’ livell internazzjonali, minn espert f’dan il-qasam partikolari.

Wara li jispiccaw it-tahditiet fuq avzati, huwa mahsub li jkun hemm kakti u sukkulenti ohra ghal dawk il-membri li jkunu jridu jakkwistaw xi speci ohra ghal kollezzjoni taghhom.

Min huma Dott. Tony Maceu s-Sinjura Suzanne Mace

Tony beda bid-delizzju tieghu meta kellu 9 snin filwaqt li Suzanne bdiet tithajar tikkultiva dawn ix-xtieli meta kellha 15-il sena. Fl-1966 Tony ippubblika l-ewwel artiklu tieghu meta kien ghadu ckejken hafna., baqa’ jikteb spiss u sahansitra ppubblika ktieb fuq in-Notocactus. Kien f’attivitajiet konnessi mad-delizzju li ltaqghu u zzewgu fl-1975. It-tnejn huma jugdes ufficljal tal– British Cactus and Succulent Society. Suzanne hija l-editur ta’ magazine fuq il-Mesembryanthemum ghaliex tispecjalizza f’dawn ix-xtieli.

Flimkien marru l-Amerika disa’ darbiet. Hames darbiet minnhom biex jaraw kollezzjonijiet u nurseries, u erba’ darbiet biex Tony taghmel tahdidiet waqt il-konvenzjonijiet li jkollhom kull sentejn.

Fl-1995/1996 Tony beda bil-website Cactus_mall. Illum din hija l-akbar u l-izjed website importanti fid-dinja li titratta fuq il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra. Zgur li trid hafna u hafna hin biex iddur u tifli dak kollu li fiha din il-website famuza.

Ahna tassew iffortunati li minhabba li dawn is-sinjuru sejrin ikunu Malta ghall-btala accettaw li jaghtuna zewg tahditiet.

Ix-Xitwa dalwaqt maghna

Ma’ tmiem dan ix-xahar nibdew nersqu lejn ix-xitwa u lejn iz-zmien meta it-tisqija ta’ dawk ix-xtieli li jikbru fis-sajf trid tieqaf ghal kollox. Matul dan ix-xahar inkunu bdejna ftit, ftit indumu aktar ma nsaqqu biex b’hekk bejn Dicembru u Marzu ma nsaqqu xejn.

Hawn wiehed irid ifakkar li s-seedlings ghandhom jibqghu jissaqqew regolarment biex jibqghu jikbru matul l-ewwel xitwa taghhom. Niftakru li hemm ukoll numru ta’ sukkulenti ohra li jikbru fix-xitwa u jekk dawn ikunu go xi serra allura jkollhom bzon l-ilma matul ix-xitwa wkoll.n

Lotterija b’xejn

Infakkrukom li l-membri li jattendu l-laqghat u jkunu hallsu is-subscription taghhom, awtomatikament ikunu jistghu kull darba jippartecipaw b’xejn f’lotterija ghal xitla (kaktus jew sukkulenti ohra).


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.007114 seconds
61