Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Kelmtejn tal-President 2003

mill-President ta’ l-Ghaqda, is-Sur Mario Azzopardi

L-iskop ta' l-Ghaqda taghna mhux wiehed biex taghmel il-flus. Il-flus hemm bzonnhom biss biex ghaqda bhal taghna tiffunzjona sewwa. Ikun hemm bzonn ukoll xi flus fir-riserva biex jintuzaw f'kas ta' bzonn jew f'xi okazzjoni partikulari. Hekk is-sena l-ohra meta kellna l-50 Anniversarju ta' l-Ghaqda taghna stajna naghmlu xi attivitajiet specjali ghaliex kien hemm din ir-riserva u hadna xi ftit minn dawn il-flus.

Tajjeb li l-membri jkunu jafu sewwa kif u minn fejn jigu l-fondi taghna. L-ewwelnett hemm is-subscription. Jekk inqisu li ghandna 150 membru minn hawn nigbru Lm450. Ghandna l-bejgh taz-zerriegha li nigbru minghand il-membri stess u minn hawn indahhlu xi Lm150 ohra. Indahhlu xi ftit tal-flus bhala donazzjonijiet minghand dawk li jgibu xtieli ghall-bejgh fil-laqghat ta' kull xahar. Jekk inqisu li jkun hemm tnejn kull xahar, allura minn hawn nigbru Lm24. Naghmlu wkoll xi ftit flus mill-bejgh tax-xtieli li jsir waqt il-wirja li naghmlu kull sena.

Wiehed irid jispjega wkoll fejn imorru dawn il-flus. Bhal ma tafu ahna nibaghtulkom newsletter kull xahar u din bejn posta u karti tiswielna hafna flus. Bizzejjed insemmu li biex tibghat 150 cirkolari jiswa Lm9 kull xahar. Ghandna wkoll il-magazine li biex nistampawh jiswielna xi Lm80 kull darba. Kull sena ngibu kelliemi minn barra u dan jiswiena bejn wiehed u iehor Lm300 kull darba. Biex nuzaw is-sala fejn kull xahar ikollna il-laqghat taghna nhallsu Lm10, u fuq kollox biex naghmlu l-wirja tiswielna kwazi Lm200. Kull sena nzidu l-kotba fil-librerija li ghandna u hawn ukoll kull sena nonfqu xi Lm150 ohra.

Minn dan kollu tindunaw li l-membi jiehdu lura hafna aktar mit-Lm3 li jhallsu kull sena. Dan jista' jsir sena wara l-ohra, ghaliex b'ghaqal kbir hloqna sorsi ohra minn fejn inzidu d-dhul ta' l-Ghaqda u dan minghajr ma jkollna bzonn inzidu s-subscription. Is-sena l-ohra zdidulna sewwa l-ispejjez u minkejja dan zammejna s-subscription kif kienet, biex naraw kif inkampaw din is-sena, ghalhekk ma niskludix li fil-futur ikollna nziduha.

Dejjem insistejna li l-Ghaqda taghna hija ghas-servizz tal-membri. Dawk li jattendu regolarment jafu tajjeb li qeghdin jiehdu hafna beneficcji, izda hemm membri li ghal raguni jew ohra ma tantx narawhom. Biex wiehed jibbenefika sewwa minn dak kollu li toffri l-Ghaqda taghna jrid jippartecipa f'dak li norganizaw. Bizzejjed wiehed isemmi l-librerija tal-kotba fuq id-delizzju taghna li l-membri jistghu jisselfuhom b'xejn meta jigu ghal-laqghat li jkollna kull xahar.

Ahna rridu nisimghu minghand il-membri biex inkunu nistghu naghmlu dak li jixtiequ, biex b'hekk kemm jista' jkun ma jkollhomx problemi fid-delizzju tat-tkabbir tal-kaktus u s-sukklenti l-ohra. Nixtiequ wkoll li jkun hemm izjed membri li jiehdu sehem attiv fit-tmexxija ta' l-Ghaqda taghna, ghaliex b'hekk dejjem ikun hemm ideat godda u friski, u dan kollu jkun ghal gid taghhom stess u tal-membri kollha.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.007414 seconds
61