Kelmtejn Tal- president 2001
Mill-President ta' l-Ghaqda
Is-Sur Mario Azzopardi
Din is-sena l-Ghaqda taghna ghalqet 50 sena. Minn dawn il-50 sena jien kont attiv fiha ghal dawn l-ahhar 14-il sena. Madankollu nista' nghid il fil-bidu kienu ftit ferm dawk in-nies li kienu dilettanti bis-serjetà tax-xtieli li nikkultivaw ahna. Min- naha l-ohra kienu hafna dawk li minn zmien ghall-iehor taw kontribut siewi fl-Ghaqda, anke jekk forsi ghal ftit zmien u wara ma baqghux jinteressaw ruhhom. Bhal ma jghid il-qawl Malti, kull laqxa tirfed l-imramma, u bl-ghajnuna ta' kulhadd f'daqqa mxejna u llum sirna Ghaqda stabbilita sewwa.
Ikun inutli li wiehed joqghod jiftahar biss bil-kisbiet ta' l-imghoddi jekk ma jkollux programm ghall-futur ukoll. Issa li l-Ghaqda taghna stabbilita sewwa u ghamilna certu progress, xi pjanijiet ghandna ghall-futur? Ikun inutli li l-membri tal-Kunsill wahidhom ifasslu l-futur minghajr ma jisimghu dak li jkunu jixtiequ l-membri l-ohrajn. Wiehed irid dejjem jiftakar li l-ghan primarju ta' l-Ghaqda huwa li tkun ta servizz ghall-membri fid-delizzju taghhom. Huwa propju minhabba dan li wiehed irid bilfors jisma' dak li ghandhom xi jghidu l-membri qabel ma jittiehdu inizjattivi godda.
Il-membri ta' l-Ghaqda min-naha taghhom, iridu jiftakru wkoll li mhux kull ma jipproponu jkun jista' jitwettaq. Kemm-il-darba jsiru proposti li jkunu tassew sbieh u interessanti, izda meta jigu biex jitwettqu niltaqghu ma' certi ntoppi li minhabba fihom ma nkunux nistghu nwettqu dak li nkunu tant xtaqna naghmlu. Minkejja dan kollu jista' jaghti l-kaz li xi haga li ghal xi zmien kienet impossibbli li ssir, jinbidlu c-cirkostanzi u fl-ahhar inkunu nistghu nwettquha. B'dan kollu irrid ninkoraggixxi l-membri biex ma jaqtghux qalbhom malajr u joqoghdux lura milli jressqu l-proposti taghhom.
L-attivitajiet tal-50 Anniversarju
Sa minn zmien qabel, il-Kunsill ta' l-Ghaqda hatar sotto-Kumitat biex jorganizza attivitajiet specjali biex nikkomemmoraw kif jixraq dan l-Anniversarju hekk importanti. Dan is-sotto-Kumitat ghamel sena shiha jahdem fuq numru ta' proposti u nista' nghidilkom b'wicci minn quddiem li hafna minnhom irnexxew u twettqu jew sejrin jitwettqu dalwaqt.
Hekk l-ewwel haga hsibna f'dawk il-Membri ta' l-Ghaqda li mietu. Hsibna wkoll f'dawk il-Membri li fil-passat taw xi kontribut specjali lill-Ghaqda. Gibna minn barra zewg kelliema barranin minflok wiehed li ngibu s-soltu. Ghaliex nemmnu li bil-kuntatti li jkollna ma' dawn il-barranin niksbu hafna taghlim u informazzjoni importanti. Ghamilna attività socjali ghall-Membri u ghall-familji taghhom. Ipperswadejna lill-Malta Post biex tohrog sett bolli bil-kaktus u s-sukkulenti l-ohra u hrigna dan il-magazine b'aktar pagni u b'format xi ftit differenti. Hawn nixtieq naghmel rimarka ckejkna. Ghalkemm issa ghall-magazine qieghed ikollna kontributuri regolari, jiena cert li ghad hemm Membri ohrajn li jistghu jaghtu l-kontribut taghhom ukoll, biex b'hekk il-magazine ta' l-Ghaqda taghna jkun izjed varjat, kif ukoll jirrifletti l-opinjoni ta' kulhadd.
Fl-ahharnett nispera li fil-futur inkunu nistghu nergghu nharsu lura u niftahru b'aktar progress u b'servizz dejjem ahjar ghad-dilettanti kollha tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|