Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta' Kull Xahar - Jannar 2002

Il-Laqgha ta’ Jannar

Ghandha ssir laqgha ghall-membri kollha ta’ l-Ghaqda u ghal dawk kollha li huma interessati fil-kultivazzjoni tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar il-Hadd, 5 ta’ Jannar 2003, fid-9.45 a.m., fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta).

(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa).

Fil-laqgha fuq avzata s-Sur René sejjer jiftah diskussjoni illustrata bis-slides fuq f id-differenzi bejn il-genera tal-kaktus u sukkulenti ohra.

Wara li tispicca din it-tahdita huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali.

Wara li jispicca kollox il-membri li jattendu ghal-laqgha jippartecipa f’lotterija b’xejn ghal xitla tal-kaktus jew sukkulenti ohra.

Il-Lista taz-Zerriegha

Bhalma digŕ informajniekom ix-xahar l-iehor, ma’ din ic-cirkolari qeghdin nibaghtulkom lista taz-zerriegha li din is- sena gbarna minnghand il-membri taghna. Din iz-zerriegha ngabret kollha fis-sajf li ghadda u ghalhekk ghandha taghti rizultati tajbin zgur.

Inheggukom biex tibaghtu l-ordni taghkom kemm jista’ jkun malajr, ghaliex minn certi speci ftit hemm zerriegha.

Ibaghtu l-ordni taghkom lis-

Sur Amante Darmanin, Lanata 131, Convent Street, Zabbar Infakkrukom li meta tixtru z-zerriegha li toffrilkom l-Ghaqda mhux biss tkunu qeghdin tghinu finanzjarjament l-Ghaqda stess, izda tiffrankaw hafna indrigu u spejjez zejda ta’ certifikati u posta.

Il-Librerija ta' l-Ghaqda taghna

Issa il-librerija ta’ l-Ghaqda ilha zmien twil tiffunzjona sewwa. Nistghu niftahru li ghandna numru sabih ta’ kotba u magazines li fihom minjiera ta‘ taghrif fuq kull aspett tad-delizzju taghna. Kull sena l-Kunsill jara jekk ikunx hemm pubblikazzjonijiet godda u jekk dawn ikunu interessanti zgur li b’mod jew iehor nakkwistawkom. Il-membri kollha jistghu jissellfu dawn il-kotba minghajr l-ebda hlas, basta dawn jirritornaw il-kotba li jkunu ssellfu fil-laqgha tax-xahar ta’ wara. Hija tassew hasra li ma narawx aktar membri jaghmlu uzu mill-kotba li ghandna, ghaliex zgur li lkoll nistghu nitghallmu hafna minnhom.

Ktieb gdid li ghadna kif xtrajna huwa A Cactus Odyssey, miktub tajjeb hafna minn tliet botanici li flimkien ivvjaggaw f’certi nhawi fl-Amerika t’isfel.

Is-Sena t-Tajba

Din hija l-ewwel newsletter ta’ sena gdida u ghalhekk f’ismi u f’isem il-membri l-ohra tal-Kunsill ta’ l-Ghaqda taghna nixtieq li naghti l-isbah xewqat lill-membri kollha u lill-familji taghhom. Nispera li din is-sena gdid tkun sena sabiha mimlija b’dak kollu li tixtieq qalbkom, sena mimlija b’kull rizq u gid.

Awguri ghall-hbieb taghna kollha


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

free pet cross stitch pattern

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.014965 seconds
61