Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

Tajjeb li tkun taf

mill-Editur

Hafna membri jistaqsuna xi jfisser sewwa certu kliem li nuzaw spiss fil- laqghat li jkolina kull xahar. Kien minhabba dan li hsibna li jkun tajjeb jekk f’kull harga tal-magazine taghna naghtukom tifsira ta' xi whud minn dan il- kliem.

Din hija speci ta' kuxxinett Ii jinstab fil-kaktus kollu. Minn dan il- kuxxinett johorgu x-xewk, il-fjuri, u l-frieghi. Generalment ma' dawn ikun hemm ukoll xi tajjar.

Xewk Centrali: Dan huwa xewk li jkun fic- centru ta' l-areola. Aktarx li jkun itwal, u/jew ehxen mix-xewk l-iehor li jkun mad- dawra u jissejjah; Xewk Radjali.

Xewk Pektinat: Dan huwa xewk radjali li minhabba li jkun qisu mifruq fuq zewg nahat insibuh b’dan l-isem.

Cephalium: Din tkun parti differenti hafna u kompletament separata, li tikber f'certu tip ta' kaktus. Normalment din tkun kompletament miksija b’suf u lanzit li jikber minn areoli specjali li ma jibqghux jippruducu x-xewk normali. Minn goc- Cephalium johorgu l-fjuri u l-frott. Aktarx li dan ic-Cephalium jifforma biex ikun jista' jipprotegi l-blanzuni u l-frott immatur mill- insetti li jistghu jaghmlulhom il-hsara.

Pseudo - cephalium: Din hija struttura simili ghac-cephalium, izda l-areoli ma jkunux daqshekk distinti. Li jigri huwa li dawk l- areoli li jkunu sejrin johorgu minnhom il- fjuri, jibdew jipproducu hafna tajjar u ghalhekk joholqu zona differenti, izda mhux separata.

Cerei: ll-kakti kollha li jitwalu f'forma ta' kolonna kolletivament jissejhu Cerei, izda nsibu wkoll li hafna mill-genera li l-ispeci taghhom isiru f’forma ta' kolonna ghandhom l-isem tal-genus jispicca b’cereus. Hekk insibu l-Pilosocereus, Haageocereus,Cephalocereus, Tirchocereus.

Kristati: Il-kristati huma xtieli li l-forma taghhom tvarja mill-forma normali. Normalment il-kobor fil-kaktus isir madwar centru. Huwa minhabba dan li jekk thares minn fuq, tara li dawn ix-xtieli huma tondi. Meta xitla tkun kristata l-kobor ma jsirx madwar centru, izda isir f'forma ta' linja dritta dejjem titwal. B'hekk maz- zmien ix-xitla ssir f’forma ta' mrewha, u izjed tard f’forma ta’ ghalla ta’ serduq.

Forma mostruza: Dan ukoll huwa tip ta' kobor differenti min-normali. F'xitla mostruza il-kobor ikun irregolari u b'hekk differenti minn kif suppost. Normalment anke l-kustiju jkunu mgrefxa, filwaqt li l- areoli jkunu icken minn kif suppost. Hadd ghadu ma jaf ghaliex u kif xitla normali ssir kristata jew mostruza.

Abitat: Din il-kelma tfisser il-kondizzjonijiet esterni ta' l-ambjent fejn xitla tikber b’mod naturali. L-Abitat jinkludi l-hamrija, l-klima u l-vegitazzjoni l-ohra li tikber fil-post.

Ibbridu: Din tkun xitla li l-genituri taghha ma jkunux ta' l-istess speci. Normalment l- ibbridi jkunu bejn speci ta' l-istess genus. Ghalkemm huwa possibbli wkoll, rari jsiru ibbridi bejn xtieli minn genera differenti. Teknikament huwa impossibbli li jsiru ibbridi bein speci minn familji differenti.

Epidermis: Din hija kelma teknika li fil- botanika tirreferi ghall-qoxra ta' barra tax-xitla.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

download free cross stitch

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.010921 seconds
61