Ghaliex kull sena ingibu xi kelliemi minn barra
Mis-Segretarju s-Sur René Zahra
L-ewwel kelliemi minn barra minn Malta li qatt gibna biex jaghmlilna xi tahdita kien il-Professur Leonard Newton, botaniku Ingliz u dan kien fl-1981 meta l-Ghaqda taghna ghalqet 30 sena. Wara dan kien fl-40 Anniversarju ta' l-Ghaqda meta ergajna gibna xi kelliema ohra minn barra minn Malta. Minn dak iz-zmien 'l hawn bdejna kull sena ngibu kelliemi barrani kull sena u kultant gibna tnejn f'sena wahda wkoll. Biex iggib kelliemi minn barra minn Malta hija operazzjoni komplikata u li tiswilna l-flus ukoll. L-ewwelnett trid tkun taf lil min sejjer tistieden. Trid tkun taf jekk jitkellimx bl-Ingliz. Jekk is-suggett jew suggetti li jaf jitkellem fuqhom humiex interessanti u rilevanti ghall-membri taghna. Meta taghmel il-kuntatti mehtiega, trid tibbukkja il-lukanda. Meta jasal hawn Malta trid iddur bih ukoll. Dan kollu jqum il-flus u biex iggib kelliemi minn barra jiswielna b'kollox bejn Lm200 u Lm300.
Hawn membri li forsi jistaqsu jekk hemmx il-bzonn li nonfqu dawn il-flus kollha biex ingibu dawn il-kelliema barranin. Ikolli nistqarr li din il-haga idduskutajniha kemm il-darba fil-Kunsill u kull darba johorgu l-istess punti ghaliex ghandna nibqghu ingibu dawn il-kelliema barranin.
l-ewwelnett ahna hawn Malta xi ftit izolati mill-bqija tat-dilettanti fl-Ewropa. Dilettanti fl-Ewropa kollha facli li bejn il-Gimgha filghaxija u l-Hadd imorru minn pajjiz ghal iehor u jkollhom kuntatt dirett ma' dilettanti ohra hafna mili l-boghod. Din il-haga ghalina hija difficli. F'kull pajjiz l-ghaqdiet jiehdu hsieb jorganizzaw konferenzi li hafna drabi jkunu mifruxa fuq jumejn jew tlieta u fejn mhux biss jiltaqghu dilettanti mill-pajjiz kollu, izda jkun hemm kelliema minn barra l-pajjiz ukoll. Biex wiehed jattendi ghal dawn il-konferenzi jkollu jhallas hafna flus u dejjem ikollhom attendenza tajba, ghaliex b'hekk biss jista' jkun hemm bdil t'ideat bejn dilettanti minn pajjizi differenti. Zgur li l-kotba huma importanti hafna, izda zgur li meta tisma' bniedem jitkellem titghallem hafna izjed.
Kienu mela dawn ir-ragunijiet ghaliex ahna kull sena bdejna ngibu kelliemi barrani. Jiena cert li dawk il-membri li jattendu ghat-tahditiet ta' dawn il-kelliema barranin, dejjem akkwistaw xi haga gdida. Hawn nixtieq nispicca billi nghid li forsi ahna l-unika ghaqda li noffru b'xejn din il-kwalitą ta' attivitą u ma naf bl-ebda ghaqda ohra li taghmel dan. Meta l-barranin jisimghu b'dak li noffru lill-membri taghna jiskantaw kif ghaqda ckejkna bhal taghna tista' taghmel dan, izda ahna dejjem offrejna lill-membri taghna l-ahjar serzizz, bl-anqas spejjes.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|