Ftit hsibijiet tal-bidu <2003>
minn René Zahra, s-Segretarju ta’ l-Ghaqda
Kieku kelli nistaqsi lill-membri taghna kif bdew jinteressaw ruhhom fil-kaktus u s-sukkulenti l-ohra nsibu hafna stejjer differenti, izda minn ftit zmien 'l hawn hafna huma dawk li jithajru jibdew jikkultivaw dawn ix-xtieli wara li jaraw il-wirja li torganizza l-Ghaqda taghna kull sena. Hafna nies jigu biex jaraw ix-xtieli u jithajru biex jibdew kollezzjoni huma wkoll. Din hija haga tajba ghaliex fuq kollox ir-raguni principali li ghaliha ssir il-wirja hija biex naghtu pubblicità u nhajru dilettanti godda ghad-delizzju taghna.
Meta wiehed jibda jkabbar il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra ghandu l-ewwel jara fejn sejjer izomm dawn ix-xtieli. Huwa tassew li l-kaktus u s-sukkulenti l-ohra ma humiex xi xtieli delikati, izda ghandhom certi necessitajiet bazici li minghajrhom ma jistax ikollok success. Hemm ukoll certi speci li ghandhom bzonnijiet differenti mill-ohrajn.
Minhabba li l-maggoranza ta' l-ispeci tal-kaktus jigu minn postijiet fejn ix-xita taghmel fis-sajf, dawn ix-xtieli jridu protezzjoni mix-xita li hawn Malta taghmel fix-xitwa propju meta dawn ix-xtieli jridu jibqghu xotti u minghajr ilma. Min-naha l-ohra hemm xi sukkulenti ohra li jmorru tajjeb hafna fil-klima taghna ghaliex jigu minn postijiet fejn ix-xita taghmel bhal ma taghmel hawn Malta, jigifieri fix-xhur tax-xitwa.
Kwazi l-ispeci kollha tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra jridu hafna xemx, jekk jista' jkun il-gurnata kollha, izda jezistu wkoll speci ohrajn li jridu xi ftit tad-dell. Dawn l-ispeci huma ideali ghal dawk li ma jkollhomx post tajjeb ghall-ispeci li jridu hafna xemx. Anki dawk li jkollhom postijiet xemxin, jista' jkollhom xi postijiet fejn dawk l-ispeci li jhobbu hafna xemx ma jmorrux tajjeb, u allura jistghu juzaw dan l-ispazju b'dawk l-ispeci li jkunu jridu xi ftit tad-dell.
Fost l-eluf ta' speci tal-kaktus kaktus u s-sukkulenti l-ohra nsibu xtieli ta' kull daqs, minn xtieli daqs munita taz-zewg centezmi, sa sigar enormi. Jekk ix-xtieli li tkun tixtieq ikunu ghal gol-gnien, generalment tkun trid speci li jikbru, u li jifilhu ghax-xita fix-xitwa. Dawn iridu jkunu speci li jifilhu ghal hafna gir li ghandna fil-hamrija lokali. Min-naha l-ohra jekk trid xtieli ghal go bitha, ma tridx xtieli li jikbru u jsiru sigar, jkun bizzejjed jekk dawn ikun jifilhu ghax-xita tax-xitwa. Jekk imbghad ikollok serra, allura ma tridx speci li jikbru hafna u tista' zzomm speci li ma jkunux iridu ilma fix-xitwa.
Hafna minn dawk li jibdew id-delizzju jibdew jistaqsu liema huma dawk l-ispeci li jkunu ideali ghall-kundizzjonijiet partikolari li jkollhom. Huma jahsbu li sejrin isibu dawn ir-risposti malajr, malajr. Hawn wiehed irid ighid li jezistu eluf kbar ta' speci differenti u huwa propju minhabba dan li mhux possibbli li wiehed jikteb fuq il-bzonnijiet partikolari ta' kull speci individwalment. Minn zmien ghall-iehor isiru wkoll zviluppi godda fil-metodi tal-kultivazzjoni u dawn generalment jghaddu ghand il-membri fil-laqghat li jkollna. Kien propju minhabba dan kollu li twaqqfet l-Ghaqda taghna u kull xahar ikollna laqgha ghall-membri. F'dawn il-laqghat dak li jkun jista' jsib risposta tad-diffikultajiet li jista' jkollu. Huwa minhabba dan kollu li mhux bizzejjed li wiehed isir membru, izda dak li jkun jaghmel tajjeb jekk meta jkun jista', jattendi ghal-laqghat ukoll.
Ftit hsibijiet tal-bidu (2000)
minn René Zahra,
s-Segretarju ta' l-Ghaqda
Passatemp, delizzju u namur huma tlet kelmiet li jfissru l-istess. Din hija attivita' biex tqatta' l-hin liberu tieghek. Hija attivita' li tista' tinvolvik daqs xoghol iehor. Kemm ibati n-nassab li jgorr il-gabjun, il-gabjetti, u l-armar l-iehor sa fejn ikun il-mansab tieghu? Kemm idum sighat, jew anke granet imgeddes fil-bard jew fis-shana jistenna l-ghasafar jinzlu fuq il-mansab tieghu? Izda ghaliex dan huwa l-passatemp tieghu jaghtih sodisfazzjon. Jaghtih aljenazzjoni mill-problemi l-ohrajn tal-hajja ta' kuljum u b'hekk il-hajja tkun izjed interessanti.
Mimmindu kont ckejknen hafna dejjem kont dilettant tal-gnien. Mill-familja tieghi hadd ma kien jinteressah il-gnien hlief biex jaqta' l-fjuri, imma jiena kont niehu gost inkabbarahom miz-zerriegha. Minkejja dan kienu missieri u l-kugin li l-ewwel introducewni ghall-kaktus u s-sukkulenti l-ohra. Meta kelli xi 9 snin, darba l-Hadd, missieri kien xtara xi tuzzana xtieli differenti li kienu kollha ta' dan it-tip. Fl-istess zmien il-kugin kien beda kollezzjoni tal-kaktus u sukkulenti l-ohra u minhabba li jiena kont inhobb hafna x-xtieli mill-ewwel hadt grazza maghhom. Minkejja dan kollu kien wara li zzewwigt li bdejt ninteressa ruhi fil-kaktus u s-sukkulenti l-ohra b'mod aktar intensiv. Ghand missieri kellna gnien kbir hafna, izda meta zzewwigt kelli gardina ckejkna hafna, imma kienet xemxija ferm.
Minn dak iz-zmien 'l hawn il-kaktus u s-sukkulenti l-ohra saru bicca minn hajti. Tlaqt hafna delizzji ohra li kelli u kkoncentrajt iz-zmien liberu tieghi fuq it-tkabbir u l-istudju tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra. Maz-zmien ikkoncentrajt hafna aktar fuq il-kaktus milli fuq is-sukkulenti l-ohra. Zvilluppajt delizzji ohra propju biex naqdi certi bzonnijiet konnessi ma' dan l-istess delizzju. Hekk bdejt nikkorrespondi ma' hafna nies f'partijiet differenti tad-dinja, kif ukoll taghllimt hafna fuq il-
fotografija propju biex inkun nista' niehu ritratti tajbin tax-xtieli tieghi.
Kabbart eluf ta' xtieli miz-zerriegha. Ix-xtieli zghar ma tantx jiehdu spazju, izda wara ftit ikollok tkabbrilhom u terga' tkabbrilhom. Hawn tidhol il-problema eterna ta' l-ispazju. Propju kien minhabba dan l-istess delizzju li bnejt dar f'rahal iehor biex ikolli aktar spazju u nkun nista' ngawdi ahjar ix-xtieli tieghi.
Fl-1976 kelli zewg cansijiet differenti fejn li kieku accettajthom, id-delizzju tieghi kien isir professjoni. Ikolli nistqarr li kienet tentazzjoni kbira ferm, izda jiena rragunajt li jekk il-passatemp tieghi isir ix-xoghol tieghi, allura x'passatemp sejjer ikolli. Il-passatemp tieghi kont inhobbu tant li ridtu jibqa' n-namur li naghmlu bil-qalb bhala divertiment, minghajr ma jsir ix-xoghol li jkolli naghmel kuljum biex nieklu jiena u l-familja tieghi. Id-delizzju jgieghlek tirrilassja u tistrieh anke jekk tkun thabatt u hdimt. Mill-banda l-ohra ix-xoghol jistrejnjak anke jekk forsi ma tkunx thabatt daqhekk.
Meta nhares lura lejn 37 sena bid-delizzu tal-kultivazzjoni tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra nhoss certu sodisfazzjon li jiena qattajt iz-zmien liberu tieghi f'xi haga interessanti u li hafna drabi nessietni l-problemi l-ohra li minn zmien ghall-zmien iltqajt maghhom. Issa li jiena rtirajt mix-xoghol u ghandi hin liberu minghajr limitu, ghandi wkoll din l-attività li zzommni okkupat il-hin kollu.
Ftit Hsibijiet tal-Bidu (1999)
minn René Zahra,
s-Segretarju ta' l-Ghaqda
Dawk li jistudjaw l-imgiba tal-bniedem
jinsistu li l-bnedmin kollha ghandhom
gibda specjali biex ifaddlu xi haga. Dan
l-istint forsi gej mill-fatt li l-bniedem
primittiv kien jahseb biex ma jigix xi zmien
fuqu meta ma jkollux x'jiekol, u ghalhekk
kien jahzen l-ikel. Illum il-gurnata, ghall-
anqas f' pajjizna, nsibu kull ma jonqosna
f'hakka t'ghajn u ghalhekk dan l-istint li
forsi kien il-qofol tas-success tar-razza
umana, ftit li xejn ghadna nuzawh biex
nizguraw li ma mmutux bil-guh. Minkejja
dan kollu, l-istinti primittivi huma difficli
ferm biex wiehed inehhihom ghal kollox,
u ghalhekk insibu li fil-pajjizi fejn hemm
certa affluenza hemm ukoll il-fenominu
tal-kollezzjonijiet li ma jezistix fost dawk li
ghadhom jghixu f'hajja primittiva.
Niftakar sewwa li meta fl-1962 bdejt
ninteressa ruhi fl-istudju u l-kultivazzjoni tal-
kaktus u s-sukkulenti ohra kienu kull sena
jinstabu ruxxmata ta' speci godda li hadd
ma jkun ghadu jaf bihom. Niftakar li kien
ikolli certu ecitament meta jibdew jaslu l-
katalgi taz-zerriegha, ghaliex tant kien
ikun hemm speci godda li kien ikun
impossibbli li tordna z-zerriegha taghhom
kollha. Kont nipprova nara liema kienu l-
izjed interessanti u nordna lilhom l-ewwel.
F'hafna kazi ma kien ikolli l-ebda hjiel ta'
kif kienu dawn l-ispeci l-godda. Kien
ghalhekk li minn malli jibdew jinbtu jibda'
ecitament iehor ta' stennija biex nara
ghall-ewwel darba dawn l-ispeci li jkunu
ghadhom kif instabu f'pajjizi tant 'il
boghod.
Illum, il-gurnata ftit li xejn jinstabu speci
godda. Minbarra dan, minhabba hafna
restrizzjonijiet bla sens, iz-zerriegha ta'
speci godda ddum is-snin sakemm bil-
mod tasal fl-Ewropa u anke hawn Malta.
Wiehed jista' jghid li l-avventura ta' l-
iskoperta ta' speci godda spiccat kwazi
ghal kollox. Huwa propju ghalhekk li
hafna qeghdin jistaqsu allura m'hawnx
izjed x' wiehed jiskopri? Huwa zgur li dawk
li jmorru f'pajjizi fejn jikbru fis-salvagg il-
kaktus u s-sukkulenti l-ohra generalment
ma tantx jitbeghdu mit-triqat, huwa
ghalhekk li f'certi nhawi 'l boghod mit-
toroq zgur li ghad baqa' xi speci li
m'humiex maghrufa. Dawn l-ispeci bil-
mod jinstabu wkoll. Zgur li niftakru kif ftit
snin ilu f'daqqa wahda nstabu dawn iz-
zewg speci famuzi; l-Geohintonia
mexicana u l-Aztekium hintonii.
Id-dilettanti tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra
tal-Gappun sabu mezz iehor kif ikattru l-
interess taghhom minghajr ma joqoghdu
jistennew li jinstabu speci godda. Dan
ghamluh billi huma stess bdew joholqu
forom godda fis-serer taghhom. L-ewwel
kakti mahluqa mill-Gappunizi li waslu fl-
Ewropa kienu l-Gymnocalycium ikkuluriti,
izda fil-Gappun holqu numru kbir ferm ta'
forom differenti t'Astrophytum. Ahna
hawn Malta l-aktar li nafu huwa bl-
Astrophytum asterias cv. "supercabuto".
Din hija forma tassew sabiha, izda hemm
mill-anqas xi 12-il forma ohra li zgur
kullhadd jixtieq li jkollu. Dan l-ahhar dawn
l-istess dilettanti qeghdin joholqu hafna
forom differenti t'Ariocarpus billi
jibbridizaw flimkien hafna speci differenti.
Huwa zgur li fil-futur ghad naraw u
nisimghu aktar fuq dawn il-forom godda
u strambi. Minkejja dan dawn jibqghu
rari minhabba li hafna minnhom jistghu
jitkattru bil-bicca biss, u jkun difficli hafna
biex tipproduci l-istess forma miz-
zerriegha. Forsi hawn tidhol it-tissue
culture, ghaliex b'dan il-metodu wiehed
ikun jista' ikattar numru kbir ta' xtieli anke
minn ftit millimetri mix-xitla originali.
B'dan kollu taraw li ghalkemm il-metodu
nbidel ghad baqa' avventura kbira fid-
delizzju taghna u zgur li jibqa' ikollna xtieli
godda biex inkomplu l-gibda ghall-
kollezzjonijiet.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
See your advert here for $50 ...
 

|