Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta' Kull Xahar - Dicembru 2002

Il-Laqgha ta’ Dicembru

Ghandha ssir laqgha ghall-membri kollha ta’ l-Ghaqda u ghal dawk kollha li huma interessati fil-kultivazzjoni tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar il-Hadd, 1 ta’ Dicembru 2002, fid-9.45 a.m., fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta).

(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa).

Fil-laqgha fuq avzata s-Sur René sejjer jiftah diskussjoni illustrata bis-slides fuq kif wiehed jibda’ u jzomm kollezzjoni tal-kaktus u/jew sukkulenti ohra.

Wara li tispicca din it-tahdita huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali.

Wara li jispicca kollox il-membri li jattendu ghal-laqgha jippartecipa f’lotterija b’xejn ghal xitla tal-kaktus jew sukkulenti ohra.

KAKTI U SUKKULENTI OHRA MIZ-ZERRIEGHA

Hija haga zgura li malli wiehed jakkwista xi zerriegha jkollu mitt sena biex jizraghha u jara jekk timbitx. Minkejja dan wiehed irid jikkontrolla ruhu u jistenna sakemm il-kondizzjonijiet ikunu kemm jista’ jkun favorevoli biex jkollu l-ahjar rizultati. Dan huwa importanti biex dak li jkun ma jiddizappuntax ruhu.

Jekk ma jkollokx mezzi artificjali l-ahjar zmien biex iz-zerriegha timbet sewwa huwa minn nofs Marzu sa nofs Mejju. Jekk ikollok serra shuna, tista’ tibda tizrgha wara nofs Marzu, izda jekk il-post li ghandek huwa kiesah ikun ahjar jekk tistenna sa April jew Mejju.

F’Marzu dejjem ikollna tahdita dwar kif ghandna nizirghu u ghalhekk dawk li ghandhom qatt ma ghamlu dan ikunu jistghu jitghallmu x’ghandhom.

Il-lista taz-zerriegha

Bhalma naghmlu kull sena, din is-sena wkoll hadna hsieb biex gbarna xi zerriegha minnghand il-membri taghna.Hemm ukoll zerriegha ta’ speci li jistghu jitkabbru barra s-sena kollha, kif ukoll ohrajn li jridu jitkabbru f’serra. B’din l-offerta qeghdin nippruvaw inwasslu ghand il-membri li jixtiequ jkabbru l-kaktus miz-zerriegha, zerriegha friska ta’din is-sena stess, minghajr ma dak li jkun jirrikorri ghand ditti barra minn Malta u b’hekk jidhol f’hafna spejjez u nkwiet zejjed.

Huwa ppjanat li din il-lista tintbaghat lill-membri mac-cirkolari ta’ Jannar 2003. Matul Dicembru jibdew johorgu l-listi taz-zerriegha ta’ ditti barranin, izda nista naccertakom li jkun jaqblilkom hafna tistennew ftit u taraw x’tistghu takkwistaw minn hawn Malta stess, ghaliex jekk xejn iz-zerriegha taghna tkun orhos u b’hekk tghinu l-Ghaqda wkoll.

Il-Milied it-Tajjeb

Din hija l-ahhar cirkolari tas-sena u ghalhekk ikun xieraq li nawguraw lilkom u lill- familji taghkom il-Milied it-Tajjeb. Nisperaw li f’din is-sena li sejra tispicca l-Ghaqda taghna kienet ta’ ghajnuna ghalikom fid-delizzju favorit taghna.

Paci u sliem lil kulhadd


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

Michale Zahra

download free cross stitch

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.011209 seconds
61