Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta' Kull Xahar - Awissu 2002

Il-Laqgha t’Awissu

Ghandha ssir il-Laqgha ghall-membri kollha ta’ l-Ghaqda u ghal dawk li jinteressaw ruhhom fil-kultivazzjoni u l-istudju tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar il-Hadd, 4 t’Awissu 2002, fid-9.45 a.m., fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta).
(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa .)

Fil-laqgha fuq avzata s-Sur René Zahra sejjer jiftah diskussjoni fuq il-genus tal- Mammillaria. F’din il-laqgha dawk li jattendu jkunu jistghu jaraw xtieli hajjin ta’ din ir-razza interessanti hafna.

Wara li tispicca din id-diskussjoni huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali

Fl-ahhar nett dawk il-membri li jattendu jkunu jistghu jippartecipaw f’lotterija b’xejn ghal xitla tal-kaktus jew sukkulenti ohra.

Speci ta' sukkulenti godda fil-botanika

Fit-tliet hargiet tal-magazine; Cactus and Succulent Journal ta’ l-Istati Uniti, dak ta’ Jannar-Frar, Marzu-April u Mejju-Gunju 2002, kienu ippubblikati validament numru ta’ sukkullenti godda.

F’dik ta’ Jannar-Frar, f’pagní 24-28, Tom A. McCoy u John J. Lavranos ippubblikaw l-Aloe praetermissa li tikber fl-Oman.

F’dik ta’ Marzu-April, f’pagni 65-66, John J. Lavranos ippubblika l--Aloe teissieri. -

F’dik ta’ Mejju-Gunju, f’pagni 122-115, Steven Hammer ippubblika l--Cheiridopsis umbrosa li tikber fin-Namaqualand, fis-Sud Afrika. Fl-istess harga, John J. Lavranos, f’pagni 116– 120 ippubblika zewg speci ta’ -Aloe- li nstabu fil Madagaskar; l--Aloe hoffmannii u l--Aloe rebmannii.

F’din l-istess harga, f’pagni 142-145, John J. Lavranos ippubblika validament speci gdida t’Othonna taht l-isem ta’ Othonna pavelkae. Din l-ispeci nstabet fit-tramuntana tan-Namaqualand mill-awtur fl-1973 meta kien haseb li din hija l-O. herrei. Materjal gdid ta’ din l-ispeci ngabar minn Mr. Petr Pavelka fl-1993 u minn dan il-materja nstab li din kienet speci gdida li kien ghad ma kelliex isem botaniku validu.

Dawn ix-xtieli li semmejna kollha ghadhom rari hafna fil-kultivazzjoni, izda minhabba li whud minnhom huma sbieh hafna nisperaw li ma ndumux hafna ma nibdew insibu z-zerriegha taghhom offruta ghal bejgh fil-listi taz-zerriegha.?

Kotba godda fuq id-delizzju taghna

Dan l-ahhar hargu numru kbir ta’ kotba li ghandhom x’jaqsmu mad- delizzju taghna. Zgur li huma impossibbli li nixtru l-kotba kollha li johorgu, izda ma naghmlux hazin jekk kull sena ninvestu f’xi ktieb tajjeb li jkun jinteressana..

A Cactus Odessy – Journeys in the Wilds of Bolivia, Peru and Argentina. Dan il-ktieb inkitem minn James D. Mauseth, Roberto Kiesling u Carlos Ostolanza, u kien stampat fit-Timber Press. Ghandu 320 pagna u 192 stampa bil-kulur. Dan il-ktieb jittratta fuq l-esperjenzi ta’ dawn it-tliet botanici.

Kakteen in Brasilien
Cacti in Brazil
Dan il-ktieb inkiteb minn Konrad Herm, Andreas Hofacker u Graham Charles., Fih 176 pagna, b’366 ritratt bil-kulur. Dan il-ktieb jittratta fuq il-kakti interessanti li huma stess raw meta diversi drabi marru fil-Brazil. Dan il-ktieb ghandu kitba kemm bl-Ingliz u kemm bil-Germaniz.?

René Zahra Segr.Onor.
Dar ix-Xewk,
44, Triq il-Gistakor,
Ghaxaq ZTN 11, MALTA
21898521 – E-mail rene@orbit.net.mt
club e-mail : cactusclubmalta@petngarden.com


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

EggArt by Candice

get your patterns

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.010400 seconds
61