Il-wirja tal-Kaktus u Sukkulenti ohra li naghmlu kull sena
Ghal dawn l-ahhar tnax-il sena l-Ghaqda taghna hadet hsieb torganizza Wirja tal-kaktus u sukkulenti ohra kull sena. Fil-bidu din kienet tkun wirja ckejkna, izda din kienet okkazzjoni tajba biex il-pubbliku jsir jaf xi haga aktar fuq ix-xtieli strambi, izda sbieh li ahna dilettanti taghhom u fuq is-servizz li l-Ghaqda taghna taghti lill-membri taghha.
Kien propju minhabba din il-pubblicità li taghtina il-wirja li zdiedu l-membri fl-Ghaqda u b'rizultat ta' dan kellna ghal darbtejn insibu post akbar fejn inkunu nistghu nesibixxu izjed xtieli.
Il-wirja li kellna fit-18, 19 u 20 t'Ottubru 2002, saret fil-Victoria Hall, in-Naxxar. Dan it-teatru ckejken kien kollu ghad-dispozizzjoni taghna u kien armat tassw sabih. Fin-nofs kien hemm numru kbir ta' xtieli mill-kollezzjonijiet ta' whud mill-membri u mad-dawra kien hemm ghall-bejgh numru kbir ta' xtieli mkabbrin mill-membri stess. Wahda mill-attivitajiet importanti li l-Ghaqda tinkoragixxi hafna, hija biex il-membri jkabbru l-kaktus u s-sukkulenti l-ohra miz-zerriegha, u allura dawk il-membri li jaghmlu dan dejjem ikollhom xi xtieli zejda li jkunu jistghu jiddisponu minnhom. B'hekk matul il-wirja l-pubbilku jkun jista' jakkwista xtieli li jkunu tkabbru sewwa fl-ambjent lokali. Din il-wirja sservi wkoll biex tkun ta' edukazzjoni, ghaliex matulha jkunu hafna dawk li minghand il-membri ta' l-Ghaqda li jkunu prezenti jakkwistaw informazzjoni rigward ix-xtieli li jkun hemm waqt din il-wirja. Kollox wara kollox l-Ghaqda Maltija tal-Kakus u s-Sukkulenti l-ohra twaqqfet biex kontinwament tkun t'ghajnuna ghad-dilettanti ta' dawn ix-xtieli.
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|