L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra
Il-Kelmtejn ta Kull Xahar - November 2003
Il-Laqgha ta’ Novembru
Ghandha ssir Laqgha ghall-membri kollha u ghal dawk kollha li jinteressaw ruhhom fl-istudju u l-kultivazzjoni tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar...
il-Hadd,
2 ta’ Novembru 2003,
fid-9.45 a.m.,
fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta).
(Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa .)
F’din il-laqgha s-Sur Amante Darmanin sejjer jaghmel tahdita llustrata bis-slides fuq; It-tielet mawra tieghu fil-Messiku. (It-Tieni Parti)Fid-il-laqgha sejrin ikollna c-cans li naqsmu mieghu l-esperjenza ta’ 6 gimghat fl-art minn fejn jigu 50% ta’ l-ispeci kollha tal-kaktus.
Wara li tispicca din it-tahdita huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali.
Cephalium u Pseudocephalium
Wara it-tahdita interessanti tax-xahar l-iehor xi membri staqsewna fuq it-tifsira ta’ cephalium u pseudocephalium, zewg kelmiet li ntuzaw hafna f’dik l-okkazzjoni.
Il-kelma Cephalium gejja minn kelma bil-Latin li tfisser ras, u dan l-isem intuza ghall-massa ta’ xaghar u lanzit li tikber fuq certi kakti qabel jibdew jaghmlu l-fjuri. Fil-fatt f’dawk il-kakti li jipproducu ic-cephalium, il-fjuri johorgu minnu. Ic-cephaliu jikber fit-tarf tal-frieghi u meta jigri dan ix-xitla ma tipproducix aktar materjal ahdar, izda jibqa’ jikber u jitwal ic-cephalium biss. Din il-haga nisbuha fid-Melocactus, il-Backebergia, u l-Mitrocereus. Insibu li fid-Discocactus ic-cephalium huwa fin-nofs tax-xitla wkoll, izda f’dawn il-kakti l-parti l-hadra tibqa’ tikber ukoll. Insibu li f’certi kakti x-xaghar u l-lanzit li jifforma c-cephalium ikun ta’ lwien differenti, generalment ahmar u/jew kannella, izda f’ohrajn ikun abjadani. Fid-Discocactus kollha jkun ta’lewn krema.
F’certi speci ohrajn ic-cephalium jikber mal-genb tal-frieghi u ghalekk dan jibqa’ jitwal ma dawn il-frieghi. Dan jissejjah cephalium laterali u nsibuh fl-Espostoa, fic-Cephalocereus, fil-Coleocephalocereus, u f’hafna cerei ohra li jikbru fil-Brazil.
Il-pseudocephalium superficjalment jixbah hafna lic-cephalium laterali, izda ix-xaghar li minnu johorgu l-fjuri ma johrogx minn gol-gisem tax-xitla imma jkunu l-areoli stess li jipproducuh u ghalhekk ikun superficjali biss u biz-zmien jaqa’ jew jitlef hafna mix-xaghar li jkollu. Dan it-tip ta’pseudocephalium insibuh fil-Pilosocereus.
Dan l-izvilupp f’dawn il-kakti sar biex il-blanzuni u l-frotta mhux matura jinhbew mill-insetti f’dan ix-xaghar sa kemm jimmaturaw.
L-Arrojadoa
L-Arrojadoa huwa genus ta’ kakti li jkbru fil-Brazil u li sfortunatament ma tantx huma popolari mad-dilettanti tal-kaktus. Huma cerei ckejknin u facilment nistghu insibulhom post fil-kollezzjonijiet taghna. Ghandhom ukoll konessjoni ma’ dak li ktibt izjed ’il fuq.
Dawn il-kakti jipproducu hafna frieghi rdaq u dawn generalment johorgu minn mal-hamrija. Interessanti hafna li meta dawn il-kakti jigu biex jipproducu l-fjuri johorgu speci ta’ cephalium terminali. Is-sorpriza hija li wara li johorgu l-fjuri, minn goc-cephalium jerga’ jibda’ hiereg kobor normali minghajr xaghar jew lanzit. Dan jibqa’ jsir sena wara l-ohra u b’hekk matul li fergha jista’jkun hemm numru ta’speci ta’ kullari iffurmati mic-cephalia li jkunu hargu fi snin differenti. Kurzita ohra hija li l-fjuri johorgu biss minn fejn hemm dawn il-kullari ta’ xaghar u lanzit. Minhabba dan kollu f’xitla matura jkollok saffi ta’ fjuri prodotti minn cephalia antiki.
René Zahra Segr.Onor.
Dar ix-Xewk,
44, Triq il-Gistakor,
Ghaxaq ZTN 11, MALTA
Tel: 21898521 – E-mail cactusclubmalta@petngarden.com
Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website
|
|