Articles
Bonsai Club
Cactus Club


Dogs Plants Cats Fish Birds Exotic PetNGarden

News Shops My pet page GuestBook Search Contact List Win Forum Free Services send e-mail

L-Ghaqda Maltija tal-Kaktus u Sukkulenti ohra

Il-Kelmtejn ta Kull Xahar - December 2003

Il-Laqgha ta’ Dicembru

Ghandha ssir Laqgha ghall-membri kollha u ghal dawk kollha li jinteressaw ruhhom fl-istudju u l-kultivazzjoni tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra, nhar...

il-Hadd,
7 ta’ Dicembru 2003,
fid-9.45 a.m.,
fil-Kwartieri ta’ Din l-Art Helwa, f’133, Triq Melita, l-Belt (Valletta). (Bil-permess gentili tal-Kunsill ta’ Din l-Art Helwa .)

F’din il-laqgha s-Sur Amante Darmanin sejjer jaghmel tahdita llustrata bis-slides fuq; It-tielet mawra tieghu fil-Messiku. (It-Tielet u l-Ahhar Parti) Fid-il-laqgha sejrin ikollna c-cans li naqsmu mieghu l-esperjenza ta’ 6 gimghat fl-art minn fejn jigu 50% ta’ l-ispeci kollha tal-kaktus.

Wara li tispicca din it-tahdita huwa mahsub li jkun hemm numru sabih ta’ kaktus u sukkulenti ohra, fini u rari ghal dawk il-membri li jkunu jixtiequ jzidu xi speci ohra mal-kollezzjoni taghhom u ma jkunux jistghu jsibuhom fil-hwienet lokali

L-isbah xewqat ghal-dan il-Milied

Wasalna fit-tmiem ta' sena ohra u ghalhekk ikun xieraq li niehdu din l-opportunità biex nawguraw lilkom u lill-familji taghkom il-Milied it-Tajjeb. Nisperaw li f'din is sena li sejra tispicca l-Ghaqda taghna kienet ta' ghajnuna ghalikom fid-delizzju favorit taghna.

Il-Lista taz-zerriegha

Bhalma naghmlu kull sena, din is-sena wkoll hadna hsieb biex gbarna hafna zerriegha minghand il-membri taghna. Hemm zerriegha ta' speci li jistghu jitkabbru barra s-sena kollha, kif ukoll ohrajn ta' speci aktar fini li jridu jitkabbru f'serra. B'din l-offerta qeghdin nippruvaw inwasslu ghand il-membri li jixtiequ jkabbru l-kaktus u sukkulenti ohra miz-zerriegha, zerriegha friska ta' din is-sena stess minghajr ma dak li jkun jirrikorri ghand ditti barra minn Malta u b'hekk jidhol f'hafna spejjes u nkwiet zejjed.

Huwa ppjanat li din il-lista tintbaghat lill-membri mac-cirkolari ta' Jannar. Ma' Dicembru jibdew johorgu l-listi taz-zerriegha tad-ditti barranin, izda nista naccertakom li jkun jaqblilkom hafna tistennew ftit u taraw x'tistghu takkwistaw minn hawn Malta stess, ghaliex iz-zerriegha taghna tkun irhas u fl-istess hin tghinu l-Ghaqda taghna wkoll

Inkabbru x-xtieli miz-zerriegha

Huwa ta' sodisfazzjon kbir li wiehed ikabbar xtieli godda miz-zerriegha, izda biex dak li jkun ikollu success irid jiftakar li l-ewwelnett irid jizrgha zerriegha tajba, u t-tieni jrid jizrghha f'zmien tajjeb. Huwa propju ghalhekk li l-Ghaqda taghna tipprovdi lill-membri b'zerriegha tas-sena, ghaliex ic-cans li din taghti rizultati tajbin ikun ikbar. Hija haga regolari li fil-laqgha ta' Frar issir tahdita fuq kif wiehed jista' facilment ikabbar il-kaktus u s-sukkulenti miz-zerriegha. Dan isir biex anke dawk li ghadhom jibdew dan id-delizzju jkunu jistghu isiru jafu x'teknika ghandha tintuza.

It-tkabbir miz-zerriegha tal-kaktus u s-sukkulenti l-ohra huwa l-iktar mod efficenti biex id-dilettant malajr ikabbar il-kollezzjoni tieghu u jibda' jinvolvi ruhu aktar f'dan id-delizzju. Nisperaw li izjed u izjed membri jibdew jkabbru x-xtieli taghhom miz-zerriegha, ghaliex dawn x-xtieli jidraw izjed malajr il-kondizzjonijiet ta' dak li jkun, kif ukoll inkunu qeghdin nippropagaw xtieli li anke f'pajjizhom huma rari.


Donated by the Cactus & Succulent Society visit Cactus and Succulent club website

Share |


See your advert here for $50 ...

EggArt by Candice

freee cross stitch for your pet

Download Fantastic Wallpapers for free

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes

page generated in 0.010955 seconds
61