Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

In-North Dutch Frill

by Marco Micallef

L-origini ta’ dan l-ghasfur mhix cara. X’uhud isostnu li ghalkemm nsejjhulu Dutch, li tfisser li gej mill-Olanda, dan l-ghasfur nhux originarju ta’ dawn l-artijiet. Ohrajn jghidu illi dan l-ghasfur gie mahluq gewwa kolonji olandizi mbaghad gie importat lejn l-Ewropa.

Ghall-bidu li dehru dawn l-ghasafar it-tberfil, li jikkaratterizzah, kien prezenti biss fuq is-sider. Maz-zmien it-tberfil infirex mal-gisem kollu. It-tberfil mas-sider sar iktar voluminuz forma ta’ qalb, ir-rix tad-dar beda jinqasam b’mod simmettriku biex jifforma forma ta’ ktieb miftuh. Bdew ukoll jidhru l-ewwel rix mtellghin mal-gnub.

Ghalkemm il-frill huwa karatteristika importanti f’dan l-ghasfur, tajjeb ukoll nghidu illi certi partijiet iridu ikunu perfettament lixxi. Dawn il-partijiet huma ezatt taht is-sider kif ukoll fir-ras. It-tul ta’ dan l-ghasfur ghandu jkun ta’ bejn 16 u 18 – il centimetru. Saqajh iridu jkunu twal bi dwiefer mhux imdawrin izda zghar u puliti. L-iktar kulur komuni huwa l-isfar. Mir-razza tal-frills in-North Dutch Frill hija l-inqas wahda delikata u b’hekk l-iktar wahda tajba ghat-trobbija. Wiehed irid joqghod attent ghaliex jezistu hafna North Dutch Frills li ma jkunux puri li jkollhom it-tberfil ma’ rashom u taht sidirhom.

Hafna huma dawk li jghidu li din ir-razza mhix xi wahda tajba ghaz-zaqq u li sikwiet joqtlu z-zghar taghhom. Dan mhux minnu ghaliex dmend li jkollok ghasafar b’sahhithom u mitmughin tajjeb b’dieta bilancjata, il-frill huwa ghasfur li jzoqq bhal kull kanarin iehor. Jekk jigri l-kas li xi frill ma zzoqqx iz-zghar taghha dawn ghandhom jitnehhew minn tahtha, preferibilment qabel ma jfaqqsu, u jinghataw lil xi kanarina tajba ghaz-zaqq. Il-kanarina tal-frill min-naha l-ohra tigi mghotija flieles ta’ kanarini li mhumiex ta’ valur sabiex tigi mhegga biex izoqq jew inkella wiehed jista’ ukoll jnehhilha l-bejta sabiex terga’ tbid. Huwa maghruf ukoll illi l-irgiel ta’ din ir-razza ikunu fl-aqwa taghhom ghat-tluq, mat-tieni u t-tielet sena.

Fil-fehma tieghi dan l-ghasfur huwa l-isbah fost il-frills ghaliex fih hemm ekwilibriju bejn il-partijiet imberflin u dawk lixxi.


Donated by Marco Micallef



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005532 seconds
61