It-tibdil tal-bajd tal-kanarini
by Marco Micallef
Il-kanarina selvatika fin-natura taghha tibda toqod fuq il-bajd wara l’ahhar bajda li tbid izda meta tkun imrobbija gewwa gagga, dan ma jsirx. Dan jista’ jkun minhabba hafna ragunijiet.. jista’ jkun illi l-kanala ma jkollix il-problema li trid issib l-ikel u ghalhekk toqghod fuq il bajd. Jista’ jkun ukoll illi tkun trid tahbi l-bajd mill-ghajn umana. Minhabba dawn ic-cirkostanzi il-kanarina tibda tpoggi fil-bejta wara t-tieni jew it-tielet bajda.
Ghalhekk huwa indispensabbli li jigu mnehhija l-bajd kuljum u jinbiddlu ma’ bajd tal-plastik. It-tibdil tal-bajda trid ssehh filghodu malli l-kanarina tbid il bajda. Huwa perikoluz li jinbidlu l-bajd wara hafna sighat jew sahansitra l-jum ta’ wara ghaliex il-kanarina tista’ tkun diga’ bdiet tpoggi fuqhom u b’hekk issahhanhom. F’dan l’ahhar kas jista’ jkun li l-embryo fl-ewwel fasi tieghu imut.
Il-bajd tal-plastik jinstabu facilment minghand petshops u jiswew ftit centezmi. M’ghandhom qatt jintuzaw bajd qodma li ma kinux ingallatii ghaliex dawn jistghu jinfaqghu u jharbtu l-bejta. Tajjeb li meta nnehhu l-bajd mill bejta nerfghuhom go kaxxa bit-tajjar f’post ‘il boghod mix-xemx. Tajjeb li darba jew tnejn kulljum jdawar il-bajda sabiex l-isfar ma jehilx man- naha t-isfel tal-bajda. L-umdita’ tal-post fejn ikunu l-bajd hija importanti li tkun mhux inqas minn 60%.
Il-bajd ta’vera mbaghad jergghu jigu mpoggija fil-bejta meta l-kanarina tbid il-bajda li tkun iktar celesti mill-ohrajn. Din tkun l-ahhar bajd li l-kanarina tbid. Jekk wiehed jimxi ma din il-procedura, ikollu certezza li z-zghar ser ifaqqsu kollha f’daqqa u ikollhom iktar cans li jghixu. Jekk dan ma jsirx dawk li jfaqqsu l-ahhar ser imutu ghaliex huthom li jkounu faqqsu l-ewwel ser ikunu kibru mhux hazin.
Importanti ukoll li wiehed joqghod attent kif jnehhi l-bajd mill-bejta. Wiehed li ghandu certa esperjenza kapaci jnehhi l-bajd b’idejh billi jaqbadhom mit-truf u qatt mill-genb ghax jistghu jinfaqghu. Xi hadd li m’ ghandux esperjenza jista’ juza’ kuccarina zghira jekk jista’ jkun tal-plastik. Tajjeb ukoll li dawk li jpejjpu ma jnehhux il-bajd mill-bejta meta jkollhom idejjhom bir-riha tat-tabakk ghaliex il-kanarina tista’ ma toqghodx fuq il-bajd.
Meta npoggu lura l-bajd ta’vera fil-bejta niehdu hsieb li npogguhom filghodu kmieni jew meta jkun se jidlam, ghaliex hemm iktar cans illi l-bajd ifaqqas matul il-jum, kif inhu l-ahjar, u mhux bil-lejl.
Reference: “ Enciclopedia dei Canarini” of Vittorio Menasse, De Vecchi Editore, Milano, 1988
Donated by Marco Micallef
|