Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Hand rearing tal-kanarini

by Marco Micallef


Kif ghandu jinzaqq fellus ghadu jfaqqas

Hand Rearing huwa terminu li jintuza meta ghasfur li jkun ghadu fil-bejta jigi mzoqq min – nies. Nistghu niddefenuh bhala zaqq artificjali. Dan it-tip ta’ zaqq jista’ jibda mill-ewwel jum ta’ hajja ta’ l-ghasfur izda b’possibilta’ skarsa ta’ success. L-ahjar pero’ huwa li l-flieles ikollhom allinqas dawk is-sitta, sebghat ijiem.

Tajjeb ukoll li nkunu nafu illi dawk il-kanarini li jittellghu bil- hand rearing, ikunu ghasafar li ma jkunux mija fil-mija b’sahhithom u jistghu jimirdu aktar facilment. Dan ghaliex il-genituri, qabel ma jghatu l-ikel liz-zghar, jzommuh ftit hin gewwa l-hawsla u hemmehekk l-ikel jittrattab u jithallat mas-saliva li minnha nfisha fieha hafna sustanzi. Dan jigri specalment matul l-ewwel jiem tan-novelli. Fil-hawsla tal-kanala hemm hafna juices li jaghmlu l-ikel li jkun ser jinghata liz-zghar iktar digeribli. Minhabba f’hekk ir-ragel, li m’ghandux l-istess juices bhal m’ghanda l-mara, ma jzoqqx liz-zghar matul l-ewwel jiem. B’hekk narawh izoqq lill-mara biex imbaghad izzoqqhom hi.

Il-hand rearing iggib maghha irbit ghaliex trid tibda minn kmieni filghodu u titkompla sa ma jidlam. B’hekk dak li jrabbi jkun irid ikun dejjem prezenti jew jitlob l-ghajnuna ta’ xi familjari. Jekk wiehed ikun jista’ tajjeb li jevita l-hand rearing. Dan tista’ taghmlu billi taghti iz-zghar lil xi kanala ohra li faqqset fl-istess zmien. Izda jekk dan ma jkunx possibli, kif darba gara lili, dawn huma ftit pariri li tajjeb li wiehed isegwi.


Flieles ta’ ftit jiem

Il-bejta biz-zghar ghandha tittpogga f’gagga shuna (hospital cage). Jekk iz-zghar ikunu ghadhom ma bdewx itellghu r-rix importanti li wiehed jghatti l-bejta b’naqra tajjar. Jekk il-kanala tkun toqghod fuq iz-zghar imma ma zzoqqhomx, wiehed jista’ jhalli il-kanala ssahhanhom u meta jkun wasal il-hin taz-zaqq tohodhomlha ghal ftit biex imbaghad terga’ tpoggilha l-bejta f’postha, izda jrid joqghod attent li l-kanala ma tkunx xi wahda li taffighom jew toqtolhom.

Meta n-novelli jkunu ghadhom fl-ewwel jiem ta’hajja jista’ jintuza zokk ta’ sulfarina biex jinzaqqu. Meta jkollok hafna x’izzoqq tista’ tuza siringi zghar li jhaffu x-xoghol. Biex tkun zaqqejt b’mod tajjeb, ic-cirkonfernza tal-hawsla trid tkun id-doppju tan-normal. Wara li l-ikel jigi digerit, li normalment jigri wara siegha u nofs, iz-zghar iridu jergghu jinzaqqu. Meta z-zghar jtellghu r-rix u l-hawsla ma tibqax tidher huwa importanti li ma jigux imzoqqijin iz-zejjed ghaliex anke meta jkollhom il-hawsla mimlija jhobbu jibqghu jaghjtu ghall-ikel.

Biex jinzaqqu n-novelli wiehed jista’ juza softfood mizjud b’likwidu biex jigi mmerraq, specjalment fl-ewwel jiem ta’ zaqq. Ma’ l-ilma tajjeb li jizdied ftit juice tat-tuffieh. Madwar it-tmintax – il jum jistghu jigu mqaxxra xi zrieragh li jigu mghafga mas-softfood.


Flieles ta’ madwar gimgha

Il-vantagg li trabbi ghasafar, minn mindu jfaqqsu, b’dan il-mod huwa li fl-ahhar se tispicca b’knarini mansi hafna. Izda jekk tibda zzoqq il-kanali meta jkunu digia’ tellghu r-rix u lesti biex jitilqu l-bejta tista’ ssib xi problemi ghaliex in-novelli ma jifthux halqhom malajr.

Source: “The ultimate Encyclopedia of caged and aviary birds” of David Alterton, Anness Publishing Limited, London, 2000

Reference: “ Enciclopedia dei Canarini” of Vittorio Menasse, De Vecchi Editore, Milano, 1988


Donated by Marco Micallef



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005625 seconds
61