Kif tiehu ritratti lill-ghasafar.
minn Marco Micallef
M’hemmx dubju li kull min irabbi l-kanarini dejjem xtaq jiehu xi ritratti ta’ l-ghasafar tieghu specjalment jekk dawn ikunu rebhu xi premjijiet. Biex jittiehdu ritratti mill-awqa hemm bzonn li wiehed ikun armat b’kamera professjonali. Pero’ tajjeb ukoll li naghmlu distinzjoni bejn dawk l-ghasafar gewwa guva u ohrajn gewwa gagga.
Meta trid tiehu ritratt lill-ghasafar li qeghdin gewwa guva ghandu jkollok il-pacenzja kollha li tistenna l-mument ezatt meta l-ghasfur jiehu l-qaghda mixtieqa, kif ukoll li ma jibqawx jibzaw minn oggett stamb bhal ma hija l-kamera.
Fejn jidhlu ritratti ta’ kanarini f’gagga wiehed jista’ jehlisha hafif billi jaqbad kamera u jiehu r-ritratt minn quddiem il-gagga. Izda tibqa l-problema tal-hadid tal-faccata tal-gagga li se jtellfu mill-estetica u s-sbuhija ta’ l-ghasfur. Biex nehilsu minn dan l-inkonvenjent huwa necessarju li jkollna gagga b’naha minnhom tal-hgieg, izda anke f’dan il-kas jista’ jaghti l-kas li fir-ritratt jigu jidhru riflessi tad-dawl li ma jkunux mixtieqa.
Biex jittiehdu ritratti pregevoli huwa ta’ bzonn li tinbena gagga apposta fejn il-kanarin, la darba jidhra, jkun lest biex jittihdulu r-ritratti kollha li hemm bzonn. Il-gagga, li tkun ta’ l-injam, jrid ikollha il-faccata u s-saqaf tal-hgieg. Fiha jrid ikun hemm passiggiera wahda (a). Faccata ezatt tal-passiggiera tittaqqab toqba fejn tidhol il-kamera (b). Il-hitan tal-gagga jridu jkunu ta’kulur car, preferibilment abjad sabiex il-gagga tkun mdawwla sewwa. Dawk l-ghasafar b’rix car tajjeb li jigi ntrodot fil-gagga sfond skur (c) sabiex il-kulur taghhom ma jitlifx l-intensita’.
Jekk wiehed jixtieq li mhux biss jiehu ritratti ta’ l-ghasfur tieghu izda mill-genb ukoll, irid li l-passiggiera tkun forma ta’ L (a) sabiex l-ghasfur jkun jista’ jghati genbu lejn il-kamera. Normalment ir-ritratt jigi mehud minn madwar 30 centimetru boghod.
Source: "Enciclopedia dei Canarini" of
Vittorio Menasse, De Vecchi Editore, Milano, 1988, pg 183.
Donated by Marco Micallef
|