Paul Camilleri Fava intervista lill-Tony Buttigieg.
Tony Buttigieg beda jrabbi l-ghasafar daqs tlett snin ilu u minn dak inhar il hawn qatt ma hares lura. Beda biex juri interess li jrabbi l-ghasafar, imma gie f’diffikulta liema speci jibda jrabbi. Wara li staqsa u ha pariri minghand xi membri, iddecieda li jibda jrabbi ghasafar ezotici. Malajr beda jitghallem il-varjeta u l-kuluri li ghandhom dawn l-ghasafar, u l-bzonnijiet differenti ta’ kul speci. Imma ghal-Tony dawn l-affariet ma kienux bizzejed. Beda jistharreg kif u ghaliex u liema bejta.
Fi ftit xhur, Tony beda jnissel, irabbi u jduq is-sbuhija li n-natura taf tofri u jesperjenza l-karattri differinti ta’ kul speci. Beda jinnota kif kull speci jaghzel il-post ghal-bejta tieghu, liema bejta tvarja kemm fil-qis kif ukol fil-ghamla u l-materjal. Kif hlieqa daqs tant zghira, tibni bi precizjoni din il-bejta.
Naturalment minn delizzju bhal dan sar jaf hafna nies u ghamel hafna hbieb. Parir minn ghand wiehed u esperjenza minn ghand l-iehor wasslu lill-Tony biex minn barra ghasfar ezotici, illum qieghed innisel kemm kanali kif ukol European finches. L-aktar haga li timpressjonak meta izzur il-garaxx fejn irabbi, hi d-dieta li jhejji ghall-ghasafar. Grazzi ghaz-zmien li jiddedika ta’ kuljum, ihejji ikel li l-ghasafar jkunu jistennew bil-hin. ll-kundizzjoni li jinstabu fijha l-ghasafar ta’ Tony, hi wahda li thallik b’ halqek miftuh.
Is-sabih ta’ kull delizzju, hu, li wiehed jitghallem mill-esperjenza tal-iehor. Dan ma jonqosx fil-kas ta’ Tony. Meta icempillek b’ xi mistaqsija, l-konverzazjoni tiehu fit-tul u tispicca titghallem int ukoll. Kif jghid Tony stess dan huwa delizzju ghal kull eta. Bih taghmel hbieb godda, titghallem u jzommok il-boghod minn xi vizzji hziena.
|
|