Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Il-Border Fancy

minn John Chetcuti

Il-border huwa wiehed mill-aktar razzez tal-kanarini popolari li huwa mrobbi mid-dilettanti fid-djar flimkien mal-gloster u l-fife fancy. Ghal xi zmien kien l-aktar ghasfur imrobbi fl-Ingilterra. Li ma kienx ghall-amorin, kien ikollu popolarita akbar.

Il-border gie maghruf bhala razza (type) fil-hamsa ta’ Lulju 1890, iktar minn mitt sena ilu, fir-rahal ta Harwick. Biex isolvu l-kontroversja fuq l-isem ta’dan il-kanarin, id-delegati presenti ftiemhu fuq l-isem ‘border’ li tfisser ‘fruntiera’ bejn l-Iskozja u Ingilterra, billi dawn iz-zewg pajjizi kienu jghidu li dan il-kanarin origina ghandhom.

F’l-origini, l-border kien il-kanarin komuni, li gie mhallat mal-yorkshire u n-norwich biex zvillupa f’l-ghasfur tal-lum. Hawn Malta l-border huwa popolari hafna fil-wirjiet tal-ghasafar li jsiru minn zmien ghal zmien. Il-border idejali huwa ghasfur bilancjat u la jrid ikun kbir hafna u lanqas zghir. L-ikbar li jista jkun huwa ta’ bejn 14.5 u 15 il-centimetru. Il-gagga li fiha jista jigi esebit il-border hija d-Dewar Show Cage, din hija maghmula kwazi kollha tal-wire, hlief il-qieh li hu tal-injam u trid tkun mizbugha sewda.

Bhal kull ghasfur iehor li jigi esebit fil-wirjiet, il-border ghandu l-iskala ta’ punti li l-judge ikun irid jghati lill-ghasfur.

L-iskala tal-punti ghal-border, tal-“World Ornithological Confederation”, hija:

Ras: zghira, tonda izda proporzjonalment, tidher unita mal-ghasfur, munqar unit, l- ghajnejn kemm hu possibili fin-nofs tar-ras. 10 punti

Gwienah: maghqudin, mizmuma tajjeb mal-ghasfur li jiltaqghu tajjeb ftit fl-isfar minn fejn johrog id-denb. 10 punti.

Gisem: Ghasfur mimli u tond, f’linja dritta minn refa’ zghira tal-ispallejn ghal mat-tarf tad-demb, sidher, tond mhux hafna prominenti, li jinzel ghal-xejn xejn sa mal-bidu tad-demb. 15 il-punt.

Saqajn: Ta’ tul medju, li juru ftit kxif il-fuq mill-bidu tal-koxxa. 5 punti.

Rix: Unit flimkien, ta’ kwalita, kulur ileqq, sabih, rix mhux imqalla (frill) u bla kulur artificjali. 10 punti.

Demb: Maghqud flimkien u dejjaq, hiereg tond u mimli. 5 punti.

Pozizzjoni: Wiefqa f’ angolu ta’ 60 grad mal-passiggiera. 15 il-punt.

Kulur: Sabih, uniformi u mhux mitmugh ikel tal-kulur. 15 il-punt.

Kundizjoni: Ghasfur ta’ sahha tajba u nadif, prezentat tajjeb. 10 punti.

Daqs: Tul ta’ bejn 14.5 sa 15 il-centimetru. 5 punti.

Biex ikun jista jitressaq ghall-wirja, ikun hemm bzonn li jitharreg. Dan l-ghasfur ghandu jitpogga f’ gagga tal-wirja minn meta jkollu xahrejn, b’hekk jidra sewwa l-gagga u ma jhossux stramb fiha.

Il-border jinstab f’ sitt kuluri differenti, dawn huma; isfar, abjad, ahdar, cinnamon, ikhal u fawn. Id-dilettant ghandu irabbi dawn l-ghasafar b’ zewg tipi ta’ rix, li huma, l-buff (rixa kbira, ratba u cara) u l-intensive (rixa zghira, irqiqa u skura). Il-border ma ghandux jinghata kulur artificjali.

L-ikel principali tal-border huwa maghmul minn tahlita ta’ zrieghragh. Parti skalora mhallta ma parti rape seed u parti ohra tahlita ta’ qanneb u skalora sewda, avena u tal-kittien. B’hekk l-ghasfur jkun qieghed jiehu kemm karboidrati kif ukoll proteini. Il-haxix ahdar, m’ ghandux jonqos. Haxix selvagg bhal burdliqa, kubrita u harira, ghandhom jigu offruti regolarment. Biex ghasfur jigi f’ kundizzjoni ghat-tluq, tridu toffrulu bajd iebes jew inkella wiehed mill-hafna prodotti tal-bajd imnixxef li hawn fis-suq. Meta jfaqqsu l-frieh, tridu toffru l-ikel ftit u spiss sa kemm jaslu sal-ghaxar gurnata. Minn hemm il-qudiem jistghu jinghataw tahlita ta’ zrierah mxarrba u mnebta, li tkun thalliet toqotor sewwa.



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004623 seconds
61