Il-Cockatiel
minn Joseph Agius
Ftit huma d-dilettanti tal-ghasafar li ma humiex midhla mal-cockatiel, kemm jekk irabbu razez tal-pappagalli jew le. Mhux hekk biss, izda f’hafna djar fejn jinzamm xi ghasfur jew tnejn, sikwit issib min ghandu dan l-parakeet dhuli.
Il-cockatiel huwa ghasfur li gej mill-Awstralja fejn insibuh imxerred sew ma’ kullimkien, ghalkemm l-aktar li nsibuh huwa fin-nofs ta’dan il-kontinent, qrib il-kosta huwa aktar rari. Ir-ragel huwa griz fl-ikhal u r-ras u t-toppu huma sofor. Ghandu wkoll dawra orangju fl-isfar madwar il-widnejn u gwienhajh ghandhom it-tarf abjad. Ghajnejh huma kannella u munqaru u saqajh huma grizi. L-isfar tar-ras u t-toppu tal-mara huwa inqas qawwi. Dan l-ghasfur huwa twil madwar 30 centimetru. Il-cockatiel huwa ghasfur li adatta ruhu sewwa ghall-gagga jew guva u mhux difficli biex trabbih. Ghandu dehra sabiha kif jieqaf bit-toppu mtella u ghandu ghajta helwa li ma tidhollokx f-widnejk. Tajjeb biex tnissel minnu kif ukoll biex izzommu bhala pet. Ghasfur li mhux imgerrex u jqatta’ hafna hin fuq il-passiggieri bla ma jithabat xejn. Dan l-ghasfur jiekol tahlita li naghtu lill-parruketti, jigifieri tahlita ta’ skalora, minju u ftit avena. Tista’ ttih ukoll ftit ghosfor, sunflower u qaneb. Ihobb il-hxejjex u xi bicca tuffieha. Jekk ikollu l-frieh, tih is-soft food tal-pakkett jew bajda mghollija iebsa, mghaffga u mhallta ma’ xi gallettini jew qaq helwin. Bhal kull ghasfur iehor, jehtieg l-ilma nadif kuljum.
Il-cockatiel huwa ghasfur irrikmandat lill-kulhadd, ukoll jekk wiehed ghadu jibda jrabbi ghall-ewwel darba. Ghasfur sabih u ma jaghtix wizq inkwiet. Jinstab f’diversi kuluri, bhal abajd, isfar, perla ecc. Dawn il-kuluri harguhom id-dilettanti serji barra minn Malta, wara ghazla ghaqlija u xi ftit tal-fortuna wkoll.
|
|