IT-TROBBIJA TA' L-GHASAFAR
L-iskop ewlieni li ghalih twaqqfet l-ghaqda huwa t-trobbija ta' l-ghasafar.
Bosta huma l-Maltin li ghandhom ghal qalbhom dan id-delizzju. B'hekk l-
ghaqda intlaqghet tajjeb u f'hakka t'ghajn in-numru tal-membri zdied u
ghandu jizdied sena wara l-ohra. Veru li jkun hemm min jitlef l-interess u ma
jkomplix, izda ghal dawn ipattu ohrajn godda.
Biex id-dilettant jiehu d-delizzju aktar bis-serjeta' u jrabbi
l-ghasafar tieghu fuq ideal, l-Ghaqda torganizza wirjiet minn zmien ghall-zmien. B'hekk l-esebituri jkunu jistghu jaraw jekk humiex miexja fit-triq it-tajba. Illum spicca dak iz-zmien li dilettant irabbi kif gie gie. Il-kompetizzjoni kibret grazzi ghad-dedikazzjoni u s-serjeta' li titlob in-namra.
Mhux ghalkemm tghid li trid trabbi l-ghasafar. Hemm bosta mistoqsijiet li
trid taghmel lilek innifsek qabel ma tibda.
- Ghandi post addattat?
- Ghandi hin bizzejjed u ta' kuljum? L-ghasfur huwa oggett haj
ghaldaqstant irid jiekol u jixrob kuljum, izda spiss.
Jekk dawn huma solvuti allura jibdew ohrajn.
- X'razza jew razez ser nibda bihom?
- Xi jkolli bzonn?
- Min fejn nixtri u kemm jiswew?
Ghal dan il-ghan l-ghaqda ghanda l-obbligu li teduka lill-membri taghha
f'dak kollu li jitlob id-delizzju tat-trobbija. Iservik zgur ta' gid jekk
titkellem ma'nies li diga' jrabbu u forsi ilhom xi ftit. Tajjeb ukoll
tissieheb f'xi ghaqda fejn issib membri ohra li
ghaddew minn bosta esperjenzi kemm tajbin kif ukoll
hziena. Ta' spiss jigu nies il-Klabb Tigne, nhar ta'
hadd filghodu, jistaqsu u jitolbu pariri dwar affarijiet
konnessi mad-delizzju. Bosta drabi jinghataw twegiba dak
il-hin stess, izda xi waqtiet jigu referuti ghand dilettanti
stabbiliti u li ghandhom bosta snin ta' esperjenza sabiex
b'hekk jinghataw pariri ahjar ibbazati fuq esperjenzi li huma
stess ikunu ghaddew minnhom. hafna delettanti jkunu lesti
jaghtu l-ahjar ideat u pariri lil dak li jkun ser jibda.
Il-parir li taghti l-ghaqda lil dawk li ser jibdew mill-gdid ikun dejjem
"Tibdiex bil-goff!" "Titlifx rasek!" Ixtri ftit pari ta' l-istess razza. Sib delettant
tajjeb ghax b'hekk takkwista t-tajjeb. Ahjar thallas xi haga zghira aktar u jkollok is-sewwa ghaliex is-success ikun iggarantit.
Tharisx lejn il-kwantita' izda lejn il-kwalita'. Wara li tkun akkwistajt
l-esperjenza, u ghandek il-hin u spazju bizzejjed, allura tista' tibda izzid bil-mod il-mod. Ressaq l-ghasafar ghall-wirjiet halli tara jekk intix fit-triq it-tajba. Jekk ghandek xi haga hazina itlob parir halli tirranga. Kollox huwa possibbli. Mhux ser tkun
l-ewwel u l-ahhar wiehed li jirnexxilek fi ftit snin tistabbilixxi ruhek fost l-aqwa
dilettanti. Tistenniex mirakli. Is-successi trid tahdem ghalihom. Kull min qabad triq hazina u baqa' jwebbes rasu, qata' qalbu u spicca fix-xejn.
Lesti ruhek ghad-dizappunti ghax hin jew iehor tiltaqa' maghhom zgur.
Hawn trid turi l-kuragg. Gharbel is-sitwazzjoni u sib il-kawza. lzda ftakar, li
s-successi zgur jeghlbu kull ostaklu li thabbat wiccek mieghu. Aktar ma tkun kbira l-isfida, aktar thajrek tistinka biex teghleb kull ostaklu u tohrog rebbieh.
Erbatax -il sena ilu din l-ghaqda kienet ghada titwieled u llum, Alla
jbierek,
thaddan mijiet ta' dilettanti minn kull belt u rahal ta' Malta kif ukoll
Ghawdxin.
Sahansitra Maltin li jghixu l-Awstralja u jigu fuq btala, jissiehbu
membri huma
wkoll. Dan kollu sar pass pass. Kibret hi u maghha kiber u zdied in-numru
ta' delettanti li hadu bis-serjeta' din in-namra.
L-iskop li ghalih twaqqfet lahqitu, u hekk jirnexxielek tilhaq tieghek
jekk verament ghandek xewqa. Veru li trid tkun dedikat, izda la darba ghamilt hsieb li tibda trabbi, ghamel il-kuragg, hu l-affarijiet bis-serjeta', itlob il-pariri u bi ftit volonta u rieda tajba tasal zgur. Jekk tidhol go fik din in-namra, zgur li tibqa' devot sakemm iddum f'sahhtek. Il-maggoranza ta'dawk id-delettanti li ghal xi raguni jew ohra waqfu milli jrabbu, fi zmien qasir hassew il-gibda li jibdew irabbu mill-gdid.
Tajjeb nispiccaw billi nirrepetu t-twissija li qabel taghmel il-hsieb li
trabbi jiswielek
ta' gid tizen sewwa kemm il-htigijiet kif ukoll is-sodisfazzjon li thoss
appena tara l-
ewwel novell imfaqqas u mrobbi minnek.
Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website
|