Il-Bghula ta’ l-Ekri
minn Angelo Demicoli
L-ekri, li gejjin mill-familja tal-kanarini u l-apparelli, huma ghasafar favoriti ma’ hafna dilettanti. Ghalkemm l-ekri ma’ ghandhomx xi kuluri specjali, l-karattru taghhom igeghlek tiggusthom. Huma malajr jidraw fidili u mansi. Ta’ spiss jidraw jieklu minn idejn sidhom. Id-dilettanti spiss issibilhom par jew tnejn fil-guvi taghhom. Ohrajn ihobbu jrabbu xi zewg ekri rgiel biex minhom jiehdu l-bghula. Mux difficli li ekru jaccetta kanarina bhala s-siehba tieghu. Jekk tixtieq tipprova tiehu xi bghula ta’ ekri, din l-informazzjoni tista tkunlek ta’ ghajnuna.
Iprova akkwista ekri frieh, li jkunu ghadhom qatt ma’ gew mitluqa ma’ ekri ohra biex minnhom jiehdu l-frieh. Meta tigi biex taghzel il-kanarina, din ghanda tkun tar-razza Norwich, b’rix intensiv, ta’kulur car u minghajr tbajja jew tbajja mill-anqas. Il-kanarina mhux ser izomm lill-ekru milli jberrk, basta tqarwez r-rix warrani tal-kanarina. Il-kwalita tar-rix tal-ekru wkoll ghandu jkun intensiv jekk trid li lkollok bghula sbih u primi.
Poggi l-ekru u l-kanarina flimkin hafna qabel ma jibda l-istagun. B’hekk jidraw sew lill-xulxin u inti tkun taf jekk jaqblux bejniethom. L-ekru, hafna drabi, jasal ghan-namra fl-istess zmien tal-kanarina, izda jekk tara li ghadu lura fin-namra, itlaq kanarin ragel maghhom. Ir-raguni hi, biex il-bajd jigi ngallat mill-kanarinu ma’ jkunx inhela. Meta l-kanarina tibda ssahhan il-bajd, nehhi l-kanarin minn maghhom. Hafna drabi, meta l-ekru jara l-kanarina zzoqq l-frieh, huwa malajr irrabbi n-namra u spiss jghinha zzoqq. Meta l-kanarina tasal biex terga tbid, tista’ sserrah mohhok li l-bajd se jkun ingallat, din id-darba mill-ekru. Barra minn hekk, inti tkun taf jekk tistax tafdha (il-kanarina) bit-trobbja tal-frieh, ghax tkun diga ghaddiet mill-prova.
Meta l-kanarina tkun waslet biex terga tibda tbid, taghmel tajjeb jekk filghaxija tifred l-ekru minn maghha. Huwa ghandu l-fama li jhobb immis il-bajd,billi spiss ittaqqbu, jkissru jew jieklu. Biex tkun zgur qatt ma’ ghandek tafdah. Meta l-kanarina tbid, nehi l-bajda u poggi floka wahda finta (tal-plastik). Filghodu wara li nkunu hadnielha nergu nitilquh maghha. Nibqghu naghmlu hekk sakemm il-kanarina tkun bidet il-boton kollu. Minn hawn il-quddiem irridu nzommu l-ekru mifrud mill-kanarina, biex din toqghod issahhan bil-kwiet. Izda l-ekru jrid ikun minn fejn jista’ jarha u kultant, izzoqqa minn bejn il-wire. Meta l-frieh ifaqqsu, l-ahajar li l-kanarina tithallha zzoqqhom wahida sakemm, ikollhom madwar gimgha. Minn hawn il-quddiem nistghu nhallu l-ekru jghinha zzoqq l-frieh.
|
|