L-origini tal-Kanarini
minn Marko Micallef
Fid-dinja insibu madwar 8,600 speci ta’ ghasafar differenti. Wiehed minnhom, il-kanarin (serinus canarinus jew fringilla canaria). Fil-ktieb ‘Historia Animalum’ ta’ l-1555, Glessner jghid illi l-varjetajiet kolla li nafu bihom illum gejjien minn antenat wiehed; is-‘Serinus Serinus’. L-istess Gessner jxebbah lill-kanarin salvagg mal-Carduelis Chloris (il-verdun), ghaliex ghandu kulur ahdar zebbuga bi strixxi li jghatu fil-griz.
M’hemm l-ebda dubju li dan l-ghasfur gie mill-kosta fil-punent tal-Afrka, partikolarment mill-Canary Islands li jinsabu fl-Ocejan Atlantiku. Dawn jamghlu parti minn gzejjer ohra bhal; Hierra, Palma, Gomera, Teneriffe, Grand Canaria, Fuerteventura, Lanzarote, Graciosa, Alegranza, Sante Clara, Lobes u Roca. Fil-fatt kien hemm min kien isejhilhom sugar birds (ghasafar taz-zokkor). Fill-fatt ‘can(n)a’ tfisser sugar cane.
Hemm hafna stejjer dwar l-iskoperta tal-kanarin salvagg. Wahda hija li Jean de Bethancourt, bahri Franciz, izzeweg tfajla mill-Canary Islands u b’hekk skopra l-kanarin selvagg. Dan, fil-hin liberu tieghu kien jibni gaggeg li fihon kien jitfa dawn il-kanarini u jibghathom lejn Spanja fuq vapuri Spanjoli. Kemm hi veru din l-istorja ma nafux, izda nafu fic-cert, permezz ta’ Gessner, illi fis-seklu sittax u sbatx , il-kanarini kienu mrobbija f’hafna pajjizi. Dak iz-zmien, peress li dawn l-ghasafar kienu gejjin minn pajjizi l-boghod u jghannu hafna, kienu jiswew hafna flus u nies nobbli jew sinjuri biss setghu jixtruhom.
Storja ohra tghid, li peress li l-Ispanjoli kellhom il-kontroll tal-Canary Islands, huma kienu jibghatu ftit kanarini rgiel biss lejn l-Italja w l-Isvizzera. Izda darba bi zball, intbatet kanarina mara li spiccat f’idejn qassis li beda jiehu n-novelli minnha. Imma l-aktar storja magharufa hija dik li tghid li vapur Spanjol, fi triqtu lejn Livorno inqabad f’maltempata u l-bahrin harbu l-kwantita’ enormi ta’ kanarini li kellhom abbord. Dawn l-ghasafar taru lejn il-gzira ta’ Elba. Meta it-Taljani ndunaw b’dak li gara, marru fuq il-gzira w qabdu l-kanarini bl-iskop li jaghmlu kemxa flus mux hazin. Dawn il-kanarini ttiehdu fit-tramuntana ta’ l-Italja, lejn Tirol u sahansitra lejn il-Germanja.
Lejn it-tmien tas-seklu 18, bdew jitwaqqfu l-ewwel klabbs tal-ghasafar.
Minn hemm il-quddiem , nies mill-Ingilterra w mir-Russja bdew jinteressaw ruhhom f’dan l-ghasfur. Fatt kurjuz kien illi fi Franza, certu Hervieux de Chanteloup, ipprova sahansitra jghallem lill-kanarini jimitaw il-vuci umana, ovvjament minghajr l-ebda succes.
It-trobbija tal-kanarini qalet daqqa ta’ harta kbira fil-1885 meta hafna mwiet ta’ novelli u nuqqas ta’ kwalita’ fil-ghana, laqtu r-regjun ta’ Harz, fil-Germanja, minn fejn kienu johorgu ghasafar ta’ kwalita.
Hafna mill-kanarini li nsibu llum, gew imsemmija ghall-postijiet fejn gew imrobbija ghall-ewwel darba. Ezempju ta’ dan huma l-Yorkshire, in-Norwich, il-Fife, il-Border il-Harz etc.
|
|