Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Ghaliex Inrabbu l-Ghasafar

Wasal iz-zmien li l-bniedem ma jibqax aktar jiehu biss minn natura. Hemm bzonn jibda jrodd xi haga lura wkoll.

Kull dilettant ta' l-ghasafar irid jifhem li huwa fid-dmir li jhajjar l-ghasafar tieghu biex ikattru kemm jista' jkun ghaliex b'hekk ikun qed jghin in-natura. Jekk zewg novelli jghixu jkun ifisser li r-razza ma' tispiccax u tinqered. Bosta razzez fis-selvagg jinsabu mhedda mill-estinzjoni minn hafna fatturi. L-aktar wiehed principali huwa l-bniedem u l-progress li hadd ma jista' jzommu. Ghalhekk ghandu jkun il-bniedem li jpatti xi ftit.

L-ghasafar fil-maghluq ikattru lillhom infushom mhux biex joghgbu lilna izda sabiex jissdisfaw l-istint naturali l' ilu gej minn miljuni ta' snin.

Biex thajjar l-ghasafar inisslu l-frieh taghhom f'ambjent mhux naturali jitlob taghrif biologiku, kura bir-reqqa u ambjent kemm jista' jkun qrib dak naturali li fih imdorrija jghixu.

Il-filosofija li ghasafur ahjar mejjet milli go gagga llum ma tantx taghmel sens. Bit- teknika moderna u l-istudju xjentifiku li dejjem ghaddej, huwa fatt maruf li bis-sahha tat- trobbija ta' l-ghasfar salvajna hafna razzez li kienu vicin li jigu kompletament estinti.

Miljuni ta' dilettanti madwar il-globu jrabbu l-ghasafar. Irabbuhom ghaliex ihobbuhom ghalhekk jaghtuhom l-akbar attenzjoni. Namra li titlob sagrificcji. Id-dilettanti jiddedika l-hin liberu tieghu kollu lejn id-delizzju. Zgur li d-dilettant veru ma jrabbix l-ghasafar ghan-negozju. Nies bhal dawn ftit li xejn iharsu lejn xi qlieh li jistu' jaghmlu. Anzi zgur li johorgu biss minghajr ma jdahhlu xejn' ghajr sodisfazzjon meta jaraw in-novelli jittajru fil-guvi taghhom.

Id-dilettant veru mohhu biss fil-prodotti li dejem jitfaccaw fis-suq sabiex kemm jista' jkun jara li l-ghasafar tieghu ma jkun jonqoshom xejn. Ikel frisk u ta' l-aqwa kwalita" vitamini etc etc.

Hsiebu dejjem kif ser jofrilhom l-ahjar ambjent u kemm jista jkun vicin in-naturali. L-ewwel net biex l-ghasafar ikunu kuntenti u b'hekk ir-rizultati ma jonqsux.

Li kieku ma jkunux dawn in-nies devoti lejn t-trobbija ta' l-ghasafar, kieku ma nkunux nistu ngawdu dawn il-krejaturi daqshekk sbieh, maraviija tan-natura.

Ghoxrin sena ilu kull ma konna naraw kienu kanarini sofor, aktarx bid-dbajja suwed, xi ftit bojod u dawk li d-dilettanti jsejhulhom "Weqfin". Illum il-kuluri tal-qawsalla kollha kif ukoll ta' kull daqs u forma. U jekk id-dilettanti ma jkomplux irabbu ma tkunx hasra li dan kollu jispicca.

Biex lahqu dan il-livell id-dilettanti Maltin impurtaw ghasafar ta' l-aqwa kwalita' minn kull pajjiz. Mill-Ewropa kollha' mill-Afrika u issa mill-Awstraija wkoll.

Ma hemmx ghalfejn nghidu li dawn jiswew bosta liri. Appena jaslu Malta l-ewwel sfida tkun sakemm jigu klimatizzati. Minn gej minn pajjizi fejn hemm hafna kesha jew hafna shana inkella tropikali.

Bosta drabi dan il-process jiehu sena jew aktar. Sa dan it-tant id-dilettant ikun ippreparalhom l-ambjent jixbah kemm jista'jkun lill dak li jkunu mdorrija jsibu fis-selvagg. Minkejja dan kollu ma, ghandu ebda garanzija li ser jirnexxilu jiehu xi frieh. Pero' jekk l-ghasafar jidraw il-klima taghna u jsibu ambjent addattat ic-cansijiet ikunu favorevoli. U kieku ma kienx hekk zgur li m'ahniex naraw dan in-numru sabih ta' ghasafar. Hemm ukoll dilettanti li jaghmlu l-hila taghhom kollha forsi jimexxilhom inisslu minn ghasafar li huwa ferm difficili, jekk mhux impossibbli, li jnisslu fil-maghluq. Fost ir-ragunijiet ghal dan insibu li dawn x'aktarx izoqqu b'insetti u dud iehor li d-dilettant ma jkunx jista' joffrilhom.

Ir-ricerki minn azjenti, li jissuplixxu dak kollu li wiehed ikollu bzonn, qed kull ma tmur tikber u maghha jizdiedu l-possibiltajiet li dak li sa issa ghandu mpossibbli, fl-ahhar xi hadd jirnexxilu.

L-ghaqda' bis-sahha tal-kuntatti li ghandha madwar id-dinja, tigbor kull tip ta' informazzjoni dwar il-progress li jsir f'dan il-qasam u zzomm l-membri nfurmati b'taghrif siewi sabiex is-successi jizdiedu. Is-sahha ta' ghaqda huma, l-membri. Jekk id-dilettanti jirnexxu, l-membri qatt ma jonqsu w l-ghaqda tikber u tibqa hajja.


Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005019 seconds
61