Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Origini tal-Kanarin Yorkshire

Jekk ghal bosta razez ta' kanarini jezistu bosta diffikultajiet biex tigi stabbilita l-origini taghhom, dan zgur li mhux il-kaz tal-Yorkshire.

Ta' din ir-razza, relattivament moderna (epoka vittoriana) meta mqabbla ma razzez ohra, nafu l-istorja kollha sa l-anqas dettall.

Wiehed mill-aqwa studjuzi ta' l-ghasafar, Mr. W.A.Blakston fil-ktieb tieghu "Book of Canaries and Cage Birds", jikkonferma li l-Yorkshire tnissel minn bosta tahlit ta' kanarini li kienu jezistu diga dak iz-zmien. Hija haga certa li dan l-ghasfur tfacca f'Yorkshire l- Ingilterra minn fejn ha ismu fl-1878.

Ta' min jinnota li dan l-ghasfur zamm zewg karatteristici matul iz-zmien, wahda it-tul u l-ohra l-pozizzjoni wieqfa. Zewg fatturi li jiddistingwuh mir-razzez l-ohra kollha. Zewg razzez li ntuzaw biex tnissel il-York kienu bla dubju il-Lancashire u l-Bossu Belgjan, zewg razzez li ghandhom bhala fattur komuni d-demm tad-Dutch Canary, ghasfur famuz tat-18 il- seklu.

Il-Lancashire jippossjedi certi karatteristici li zgur ghaddihom lill-ewwel York. Certament xi whud minnhom dak iz-zminijiet kienu jitqiesu bhala difetti bhal per ezempju, ras twila u ghonq ohxon. Haga stramba ghaliex illum il-gurnata dawn il-fatturi huma meqjusa bhala prezzjuzi.

Biex jevitaw dawn id-difetti d-dilettanti bdew jintroducu fil-York demm tar-razza Norwich li dak iz-zmien kien kanarin ftit ikbar minn dak normali. B'din it-tahlita filwaqt li sbiehu fil-kulur tar-rix ckienu fid-daqs.

L-akbar influzenza fuq il-Yorkshire gejja zgur mit-tahlita mal-Bossu Belgian. Infatti insibu miktub minn Mr. St.John fil-ktieb tieghu ta' l-1911 li bosta mill-York uzati fit- trobbija kellhom bejn nofs u tlett kwarti mid-demm tal-Bossu.

Din l-introduzzjoni tad-demm Bossu serviet sabiex il-York kiber u ha dehra eleganti kif ukoll dik il-pozizzjoni wieqfa.

Kien ghal habta ta' l-ahhar tas-seklu 19 li twaqqfu zewg ghaqdiet specjalizzati tal- Yorkshire fl-Ingilterra', il-"Yorkshire Canary Club" u l-"Yorkshire Union of Ornithological Societes" Dawn stabbilew standard li kabbar il-popolarita' ta' dan l-ghasfur li lahaq l'ghola livell tieghu bejn l-1920 u l-1930. Dak iZ-Zmien l-ghasfur kien jinhtieg li jkun twil' irqiq u eleganti. Tant kienu irqaq li d-dilettanti ta' dik l-epoka kienu jghidu li ghasfur biex ikun tajjeb kien irid jghaddi minn Curkett tat-tieg.

B'danakollu mill-1940 bdew jitfaccaw Yorkshires aktar robusti forma ta' karrotta. Appuntu wara t-tieni gwerra dan l-ghasfur ha post dak ta' qablu bhala standard kif nafuh illum. L- IngliZi laqqmuh "Gentleman of the Fancy" kliem li tassew jixraq li dan l-ghasfur gentili li jghaxxaq gagga.

Il-Yorkshire fost il-Maltin

Appena d-dilettanti Maltin ndunaw bil-gmiel ta' dan l-ghasfur malajr raw kif jakkwistaw xi ftit pari biex inisslu minnhu. Bir-ragun kellhom ihallsu flus tajba biex xtraw minghand l-aqwa fost ddilettanti lnglizi.

Jekk wiehed idur dawra man-numru kbir ta' Yorkshire Canaries li jinsabu ghall-wiri b'din il-wirja jinduna bil-kapacita tad-dilettant Malti fejn tidhol t-trobbija ta' dan it-tip ta' ghasfur. Veru li l-originali gew mill-Ingilterra' izda tajjeb nghidu li dawn irnexxielhom jipproducu novelli ta'l-aqwa kwalita' .


Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.004695 seconds
61