Ghasfur bhala pet.
Hemm bosta annimali li jistghu jinzammu bhala pet. Wiehed mill-izjed popolari huwa bla dubju, l-ghasfur. Fost l-ghasafar il-kanarini u l-amorin huma fost il-favoriti. Illum il-lovebird u l-cockatiel qed isibu posthom fid djar taghna wkoll.
Il-hajja tal-ghasafar hija qasira. L-aktar li tkun hija ta 8 snin ghalkhemm xi wiehed l' hawn u l' hinn jghix aktar. Hawn min jghid li sena ta bniedem hija 7 snin ta' ghasfur. Ir-raguni aktarx gejja ghaliex il-metabolizmu, jew ahjar it-tahbit tal-qalb, hu madwar 7 darbiet aktar minn tal-bniedem.
Mela jekk taghmel il-hsieb li tixtri li tixtri ghasfur ghall gosti tieghek, ara li jkun novell tal-ewwel sena. Jekk ma tifhimx itlob parir. Kull min ibiegh dejjem jghid li ghandu kollox tajjeb. Mela l-ahjar li titlob l-ghajnuna ta xi hadd tal-fiducja tieghek.
Tajjeb li jkollok kollox lest biex jilqgha l-ghasfur appena tasal id-dar. Gagga addattata kompluta bil-passiggieri, flixkun tal-ilma u recipjent fejn tpoggi iz-zrierghagh. Peress li dan l-ghasfur mhux ser ikollu il-liberta li toffrilu in-natura, ghall inqas ipprovdilu spazju fejn jittajjar u mhux cell zghira li lanqas ikun jista jitmattar. Malli tpoggih fil-gagga halli ftit hin sabiex jaddatta ruhu ghall ambjent gdid li sab ruhu fih minghajr ma toqghod iddejqu.
Jekk trid tgawdi l-ghasfur, allura ibza ghall sahhtu. Ghalkhemm l-ikel principali huwa zrierghagh ta' kwalita addattata, l-ghasafar jieklu wkoll il-frott bhat-tuffieh jew xi werqa hassa. Ahsel u nixxef sewwa qabel toffri xi hxejjex u frott. L-ilma ghandu jinbidel kuljum. Tghidx, baqalu, ibdlu. Int zgur li ma tihux pjacir tiekol minn oggetti mahmuga, lanqas l-ghasfur. Ahsel spiss kemmm jista jkun minn fejn jiekol u jixrob. naddaf il-gagga ghall anqas darba fil-gimgha.
Jekk tinnota li l-ghasfur mhux f'sikktu, tesperimentax bil-medicini mghamula ghall-bnedmin. Hafna drabi aktar taghmel hsara milli gid. Itlob il parir tal-veterinarju jew ta' xi dilettant espert fit-trobbijja tal-ghasafar. Bi ftit attenzjoni tkun tista tgawdi il-pet tieghek ghal-hafna zmien. Ghasfur, bhall kull pet iehor jaf ihobb lil sidu basta sidu juri li hu wkoll ihobbu.
Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website
|