Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Ghaliex isiru l-wirjiet?

Kultant ikun hawn min jistaqsi, X' skop ghandhom il-wirjiet?

Hemm bosta risposti ghal di n il-mistoqsija. L-aktar wahda li taghmel sens hija bla dubju, "biex il-pubbliku ikun jista jammira uu jitghallem minn dak li jara".

Min ma jrabbix l-ghasafar zgur li ma jistax jara dawn il-kreaturi daqshekk sbieh jekk ma jzurx wirja bhal din fejn isib migbura eluf ta' ghasafar ta' kull daqs u ghamla.

Grazzi ghal din il-wirja wiehed jista' jara b' ghajnejh bosta razzez ta' pappagalli u ghasafar esotici gejjin mill-Afrika u l-Awstralja. Kanarinii ta' kull kulur imnissla minn ghasafar impurtati minn pajjizi tal-Ewropa kollha.

L-ghaqda torganizza wirja annwali ghall-ghasafar kollha fil-bidu ta' Jannar ta' kull sena. U ghaliex f' Jannar? Ghaliex l-ghasfur ghaliex f' Jannar? Ghaliex l-ghasfur ikun fl-aqwa kundizzjoni appuntu f'dan ix-xahar ghaliex ikunu qed joqorbu biex jibdew it-tnissil. Minn Awwissu sa Novembru l-ghasafar "Johorfu" jigifieri ibiddlu ir-rix kollu. F' dan iz-zmien l-ghasfur ikun xi ftit jew wisq ghajjien ghaliex l-energija tieghu tmur kollha fil-process tal formazzjoni tar-rix il-gdid. Allura zgur li mhux ta' min wiehed icaqalqu l-hawn u l--hinn f' dan iz-zmien hekk difficli. Wara kollox lanqas ikun f' sura li jigi esebit.

Wara li jkun biddel irid igib lura l-kundizzjoni fizka fl-aqwa taghha. Allura jkun ghaqli jekk jinghata zmien bizzejjed biex jigi fl-aqwa forma kmieni kemmm jista jkun. Jekk wiehed jippretendi stagun ta' tnissil tajjeb huwa mehtieg li jipprepara il-genituri futuri sewwa u bil-ghaqal.

U hekk hu jasal Jannar u l-ghasafar jistghu jigu esebiti minghajr xi biza li ser jigrilhom xi hsara. Anzi x' aktarx iservihom ta' gid ghaliex irabbu aktar in-namra.

Din il-wirja ssir taht forma ta' kompetizzjoni. Din hija raguni ohra ghaliex issir il-wirja. Bis-sahha tal-kompetizzjoni id-dilettanti jghamlu il-hila tahghom kollha sabiex jipproducu ghasafar tal-ghaqwa livell.

U jekk wiehed irid ikun jaf jekk hux miexi fit-triq it-tajba irid iressaq l-ghasafar ma dawk ta' haddiehor biex jigu iggudikati flimkien.

Biex ir-rizultat ikun kif xieraq, l-ghaqda tistieden hames gudikaturi barranin ta' fama internazzjonali. Dawn jiggudikaw kull ghasfur individwalment u jnizzlu il-punti fuq skeda approvata mill-organizzazjoni ornitologika mondjli. Wara l-formola tinghata lil esebitur ghas-sodisfazzjon tieghu. Appena jircevu din l-informazzjoni l-esebituri jibdew jezaminaw bir reqqa sabiex jaraw fejn hemm bzonn jirrangaw. Ezampju jekk il-gudikatur jghid li l-kwalita tar-rix mhux kif suppost, dan irid jara li jlaqqa l-ghasafar tieghu ahjar biex jirranga dan id-difett. Bosta drabi is-sena ta' wara dan ikun irranga xi ftit jew ghal kollox. X' aktarx li biex jirranga jkollu bzonn ghasafar godda. Hawn il-wirja sservi biex dan jibdel jew jixtri ghasafar minghand shabu.

Il-Wirja sservi wkoll biex il-mijiet ta' dilettanti jiltaqghu flimkien u jiddiskutu dak li kellhom tajjeb jew hazin. Jibdlu dawk l-esperjenzi li ghaddew minnhom u jghatu tgharif siewi lill-xulxin.

Matul il-wirja jinghataw mijiet ta' nformazzjonijiet kemm lid-dilettanti kif ukoll lil bosta nies li jkollhom xi problema specjalment dawk li jkollhom xi ghasfur wiehed bhala pet jew lil dawk li jkunu ser jixtru wiehed.

Kienu bosta dawk li bis-sahha tal-wirja taw bidu ghad-delizzju. Ghaliex sabu taghrif importanti kif ghandhom jibdew, illum saru fost dawk l-esebituri stabiliti.

Is-sagrificcji u d-dedikazzjoni ta' dawn in-nies hija xi haga li ma titwemminx. Bhal kull haga ohra li ghandha il-hajja, l-ghasfur irid l-attenzjoni kuljum. Ma tistax tghid il-lum ma ghandix aptit. L-ghasafar iridu jieklu, jixorbu u t-tindif. Jekk titrasskura wahda min dawn zgur li jkollok disfatta. Ghalhekk meta wiehed ikun ser jibda mill-gdid l-ewwel ma jigi mistoqsi jekk ghandux hin u post fejn irabbi qabel ma jinghata l-informazzjonijiet kollha.

U kieku ma kienx ghal dawn id-dilettanti fejn nistghu naraw vetrina ta' kreaturi daqshekk sbieh? Daqstant iehor ma kienx ikun possibli li kieku ma jigux organizzati l-wirjiet. Wasalna fi zmien fejn ma nistghux nibqghu niehdu min natura biss. Hemm bzonn inroddu xi haga wkoll. It-trobbija tal-ghasafar fil-maghluq tghin biex issalva bosta razzez mhedda mill-estinzjoni. Tajjeb nghalqu billi nghidu li l-ghasafar mrobbija mid-dilettanti Maltin lahqu l-ghola livell mehtieg. Xhieda ta' dan huma ir-rizultati pozittivi li esebiti mfaqqsa u mrobbija Malta gabu waqt il-kampjonat Mondjal.


Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005010 seconds
61