L-iSKALORA
minn Joe milanes
L-iskalora hija ikkultivata l-aktar fl-
Ewropa, ghalkemm dan l-ahhar,
volumi kbar qeghdin jigu esportati
mill-Kanada, l-Amerika u anki mill-
Awstralja. Ma nahsibx li ghadha tikber
din ix-xitla fis-selvagg. Meta wiehed jiltaqa'
maghha f'xi triq jew passagg, din
x'aktarx tkun kibret minn xi zerriegha kultivata
li tkun waqghet f' dan il-post.
Ix-xitla ta' iskalora hija rqiqa, safja u
wieqfa u tikber xi sittin centimetru gholi.
Il-weraq taghha huma ta' kulur ikhal fil-
griz u huma irqaq u tawwalin. Fit-tarf taz-
zokk tikber ras forma ta' bajda li tkun
mimlija biz-zerriegha. Kull wahda minn
dawn l-irjus tikber fuq zokk separat. L-
irjus, ghall-ewwel, jidhru mghamula minn
skwami sofor cari u catti (qishom dawk
tal-hut) b'rigi hodor u wesghin ma' tulhom,
minn fuq s'isfel. Bix-xemx
iz-zrieragh ta' go fihom malajr jinxfu u
jisfaru kulur id-deheb. L-iskalora f dan l-
istat trid tinxef sewwa ghaliex malajr timmoffa.
Meta l-iskalora tkun kbira, uniformi
fid-daqs, tleqq u kulur id-deheb car
insejhula 'spanjola'. Dan ma jflssirx li
din iz-zerriegha gejja minn Spanja, izda
dan huwa l-isern tal-kwalita'. Il-kulur tal-
qalba ta' l-iskalora huwa kannella skur.
Meta l-qoxra ma tkunx tleqq u tidher
qisha mahmuga,u l-qoxra ta' gewwa
tkun skura hafna jew cara hafna, dan
ifisser li l-iskalora ma tkunx saret
bizzejjed fuq ix-xitla. Din tkun inqatet
kmieni u giet imnixxfa artificjalment.
Hija idea zbaljata hafna min jahseb
li l-iskalora l-kbira hija hafna ahjar minn
dik iz-zghira. Sakemm l-iskalora tkun
tleqq u nadifa din tkun kollha xorta,
f'sens ta' nutriment. F'kas ta' dubju
wiehed ghandu jipprova inibbitha, fejn
allura jekk tinbed din tkun tajba, jekk le,
din iz-zerriegha tkun mietet u ma
ghandha qatt tinghalef lill-ghasafar.
Hafna darbi l-iskalora l-kbira titradik
ghaliex (bhal-laring) ikollha l-qoxra hoxna.
Il-contenut ta' l-iskalora huwa
kif gej:- ilma - 13.6%, albumini u proteini -
13.5%, xaham u zejt 4.9% lamtu u karbojdrati
51.6 %, minerali 2. 1 %. Minn dan jiffier li l-
iskalora hija naqra nieqsa mix-xahmijiet u zjut.
Ghalhekk importanti li jizdiedu
maghha xi zrieragh ohra biex l-ghalf jigi
bilancjat. Wiehed ghandu jiftakar li anki l-
qoxra ta' l-iskalora flha valur nutrienti
ukoll. Din tipprovdi ammont ta' fibra li
jghin fill-maskolatura ta' l-imsaren. Il-
qoxra ghandha ukoll persentagg kbir ta'
minerali, bhal fosfru u hadid li huma ta'
importanza kbira biex izommu l-gisem
robust u b'sahhtu. Waqt li l-ghasfur ikun
jiekol jibla persentagg zghir ta' qoxra,
izda dan il-persentagg ghalkemm zghir
huwa ta' valur kbir ghal sahhtu.
Il-bulk ta' l-ikel ta' l-ghasafar
ghandu jkun skalora, ghaliex
hija z-zerriegha li l-aktar fiha l-
propretajiet mehtiega ghall-hajja u
li huma migbura go zerriegha
wahda. Xhieda ta' dan huwa n-numru kbir
ta' ghasafar li jghixu ghal snin twal, f'
sahhithorn u li wiehed isib li dawn ikunu
mitmugha skalora biss.
lx-xitla ta' l-iskalora tird tinzera kull
sena, ghaliex din, wara li tipproduci
z-zerriegha tmut. Bla dubju ta' xejn
l-iskalora hija l-aktar zerriegha li tintuza
mid-dilettanti ta' l-ghana u tal-Kanali.
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|
|