Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

Ibda Tajjeb

minn Charles Pirotta

Hawn qed naghtu ftit taghrif ghal dawk id-dilettanti li ghadhom kemm bdew jew jixtiequ jibdew irabbu l-ghasafar specjalment il- kanarini. Ghalkemm dan huwa biss ffit taghrif baziku, u generali fuq il-kanarini hafna drabi japplika ukoll ghal speci ohra ta' ghasafar Ghal min jixtieq jibda fuq xi speci partikolari jista' jikkuntatja il xi membru ta' l-Ghaqda

Il-kwalita tal-kanarin jiddependi hafna mill-genituri tieghu, u l-generazzjoni li gej minnha huwa fattur importanti ghax jirrifletti l-ahjar rizultati. Importanti jekk jista' ikun, ikollna taghrif dwar l-ghasafar li nkunu sa nghammru. Meta tigi biex taghzel il-pari mhix haga facli, imma din titghallimha bl-esperjenza. Jekk l- ghasafar li ghandna huma ta' kwalita' tajba u nuzaw ftit sens komun ikollna novelli tajbin mill-ewwel bejta. Importanti li nixtru ghasafar tajbin. Nixtru novelli (igifieri ta' l-istagun) minn ghand xi breeder tajjeb u onest, mhux mill-pet shop. L-ewwel nett, il-breeder jista' jaghtik pariri, u hu stess jaddattalek par. Tal-pet shop la jkun jista' jaghtik taghrif fuq il-generazzjoni tieghu, la r-raguni ghaliex sidu bieghu u lanqas tkun taf humiex relatati ma' xulxin. Pero, tista' tikseb hafna aktar informazzjoni mic-Centru tal-MCBA fejn issib hafna dilettanti li zgur jiehdu pjacir jghinuk.

Ghazilniehom u rridu naraw fejn ser nitilquhom. L-ahjar kieku wiehed ikollu kamra apposta mqassma b'diversi gageg. It-tluq fil-guvi mhux l-ahjar sis- tema u ma nirrikmandawhx. Fil-guva qatt ma ghandek kontroll fuq in- novell hu ta' liema par hu. Jiena nissugerixxi d-'Double-Breeder' bil- partition tal-wire fin-not's biex tkun tista' tifred l-ghasafar meta titlaqhom l-ewwel darba.

Ghall-habta ta' Frar (jista' ikun qabel u anki wara), il-kanarini ikunu qed juru sinjali li waslu biex jitghammru. Is-sinjali cari huma meta hi tibda issejjah lis-sieheb taghha, fil- waqt li tfarfar gwenhajha u tkun qisa bla sabar. Tibda tigbor kwalinkwe haga li jixbah materjal tajjeb biex taghmel il-bejta. Il-kanarin jibda jghanni kemm jiflah u jizfen fuq il-passiggiera biex jigbed l-attenzjoni ta' l- ghasfura. Gieli tarah jipprova jzoqq il- passiggiera. Pero' tkunx mghaggel biex titlaqhom ghal issa.

Nassumu ghalhekk, li l-kanarina diga qieghda fid-'double-breeder' fuq naha wahda bis-'separator' (partition) f`postu, issa nistghu inpoggu l-kanarin in-naha l- ohra. Wara tlett ijiem innehhulhom il- 'partition'. Jekk tara li dawn jibdew jiggieldu erga' ghamel il-partition. Hallihom hekk ghal xi jumejn ohra, jew sakemm tara il-kanarin izoqq lil kanarina. Meta jigri dan, nistghu innehhu il- partition' u naghtuhom ftit 'nestingmaterial' (materjal biex jaghmlu l-bejta).

Issa wasal iz-zmien li npoggu l-bejta fir-rokna fuq wara, jew fil-genb tal- gagga, u naghtuhom izjed materjal. Meta tara il-bejta lesta, roxxilha ftit trab ghal kontra r-'Red Mites'(hurrieq). Ara li d- dwiefer ma jkunux twal, fil-kaz dawn trid tqasqasomlhom, biex ma jkissrux il- bajd.

Importanti hafna li nnaddfu u nidizinfettaw il-gagga qabel ma npoggu l-ghasafar fiha, biex tul iz-zmien tat-tluq, u sakemm in-novelli jtiru mill-bejta, ma noqghodux innaddfu il-gagga, B'hekk ma indejjqux l-ghasafar. Id-dieta ghandha tkun kemm jista' jkun plain, u evita li taghti l- haxix. Is-'Soft-food' (limsaq) l-ahjar li naghtuhomlhom wara 14-il gurnata wara li l-kanarina tkun bdiet toqghod fuq il-bajd.

L-ahjar li nnehulha l-bajd meta hi tbid, u flokhom naghmlulha d-'Dummy- eggs' (bajd tal-plastic). Jekk tara li l- kanarin ma jkunx qieghed itellef lil kanarina tista' thallieh maghha. Waqt li tkun fuq il-bajd taghtihomx il-banju. Tista' taghmilulha meta tkun waslet biex tfaqqas il-bajd. Ghamilulha filghodu u ghal ftit tal-hin biss, jew spreja ftit il-bajd bi ftit mishun fitel ghax dan jghin biex il- fellus ikun jista' jtaqqab il-bajda. Il-bajd jiehu 18-il gurnata biex ifaqqas.

Fil-gurnata ta' qabel ma jfaqqsu l- bajd, (filghaxija) aghtiha ftit soft food u ibdilulha l-ghada filghodu. Taghtihomx hafna (ikkalkula kemm jieklu) soft food specjalment meta tkun is-shana ghax li ma jittikilx jista' jiqras u jekk jieklu minnu ikollok il-problemi. Aghtihom is- soft food filoghdu u wara nofs in-nhar. Tista' tipprova taghtihom ftit hobz imxarrab bi ftit halib. Dan taghmlu billi tiehu bicca hobz u xxaraba bil-halib mgholli li mieghu tkun bi ftit zokkor, hallih jiksah, ghasar il-hobz (kawzi mill- halib kollu), u itfghalhom ftit niger seed (skalora sewda) fil-wicc. Meta l- frieh ikollhom erba' tijiem tista' tibda taghtihom xi ftit haxix (tfiefa l-ahjar). Ibda zidilhom l-ikel aktar ma jikbru l- frieh u ghamilulhom frisk kuljum.

Issa tista' tibda taghtihom ukoll xi zrieragh differenti. Rape seed, skalora, avena, u naqra linseed huma kollha tajbin. L-ilma irid jinbidel kuljum. Biex izomm l-ghasafar b'sahhithom, darbtejn fil-gimgha tista' taghtihom l-Epsom salts' (minghand l-ispizjar) ma' l-ilma, billi titfa' ftit (kemm taqbad bejn zewgt iswaba) u thawwdu sewwa.

Jumejn wara li jfaqqsu, nehhi il- passiggiera ta' hdejn il-bejta. B'hekk meta l-kanarina tqum minn fuq il-bejta, u terga' lura ikollha titla' u tpoggi b'certa forza fuq xifer tal-bejta. Meta taghmel dan, ikun sinjal lil-frieh biex jghollu rashom biex titmaghhom.

Il-kanarina tibqa' fuq il-frieh ghal xi 14- il gurnata, u tqum biss biex tiekol. Wara hi tibda thalli l-bejta aktar ta' spiss u iddum aktar, sakemm il-frieh itiru. Pero' meta jkollhom 12-il gurnata poggi il-bejta fl-art biex jekk jaqa' xi ferh, dan ma jaqax mill- gholi u hu jerga jitla' fil-bejta wahdu. Il- frieh jitilqu mill-bejta meta jkollhom xi 18 jew 19-il gurnata, imma gieli idumu aktar ukoll. Meta ikollhom xi xahar dawn ikunu bdew jieklu wehidhom u tista' tifridhom.

Meta tifred in-novelli oqoghod attent ghax gieli jkun hemm xi wiehed li jkun ftit rasu iebsa u ma jiekolx. F'cirkostanzi bhal dawn. l-ahjar li tibda titfa' lill- kanarin (il-missier), ghal xi nofs siegha maghhom. Tista' ukoll titfa in-novell (li ma ikunx qed jiekol) ma' ommu, izda il-probabbilta' hi, li din tibda tnittfu biex tiksi l-bejta li tkun qed tibni, u b'hekk in-novell ibati. Dan gieli jigri qabel ma nindunaw li saru, u ma nilhqux innehhu in-novell.

Irridu nibqghu naghtu is-soft food lin-novelli ghal mill-inqas 4-6 gimhat ohra. Fi granet shan naghmlulhom il- banju. L-ahjar li npoggu n-novelli go xi guva, kbira kemm hu possibli biex b'hekk jiehdu s-sahha.


Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006488 seconds
61