In-Norwich
minn Joe Pace
Joe Pace, il-president tal-
MCBA, mgharuf li jrabbi tal-kulur. Izda hu jrabbi wkoll in-norwich. Hawn jghatina ftit punti fuq kif wiehed jiehu hsieb dawn l-ghasafar u jtellaghhom ghall-wirja wkoll.
Ghalkemm jiena bhala dilettant tal-kanarni izjed mgharuf ghall-ghasafar tal-kulur specjalment New coloured canaries, jigifieri dawk l-ghasafar li fihom l-ahmar, illum hsibt li nikteb dwar in-Norwich, ghasfur li sirt inhobb hafna fis-snin li ili inrabbih. Dan l-ghasfur kalm u gentili gibed l-ammirazzjoni tieghi lejh sa mill-ewwel darba li dahal fil-kamra tal-ghasafar tieghi.
Hassejt li ghandi nikteb xi haga dwar dan it-tip ta' ghasfur, peress li hadd minn tant dilettanti tan-Norwich qatt ma kiteb xejn dwaru.
Nibda biex nghid li dan l-ghasfur, ghalkemm mhux facli, bi ftit izjed attenzjoni mhux difficli biex tnissel minnu. Jenhtieg izjed attenzjoni min ghasafar ohra, izda ma nistax nghid, fl-opinjoni tieghi, li huwa l-izjed difficli fost it-type, anzi kif diga ghedt, bi ftit aktar attenzjoni jista' imur ahjar minn razzez ohra kbar li t-type canaries ghogobhom jipprezentawlna.
Ma nistax nghid li in-norwich huma xi ommjiet tajbin hafna, izda li nnutajt jien huwa li huma ftit ghazzenin minhabba il-kobor taghhom. Ghalhekk wiehed ghandu jitma ta' spiss biex ihajjar lil kanarina tinzel min fuq il-frieh u b'hekk jista ikolok rizultati ahjar.
Jiena nissuggerixxi li ma dan it-tip ta kanarin, wiehed izomm kanarini ohra biex juzahom bhala 'foster parents'. Wiehed ghandu jitrasferixxi iz-zghar jew il-bajd (tan-Norwich) tahtom (foster parents) meta l-affarijiet ma jkunux sejrin tajjeb.
Wara id-diffikultajiet kollha li l-breeder jirnexxileu jgheleb, matul il-breeding season u wara it-tibdil tar-rix ta' dawn il-kanarini, l-ezebitur gdid dejjem jintaqa ma dawn id-diffikultajiet godda, peress li mhux facli li jgib dan it-tip t' ghasfur f' kundizzjoni tajba ghall-wirja.
Huwa tajjeb li wiehed jara l-ghasafar f'gagga tal-wirja u jezaminahom sewwa wiehed wiehed. Dawk b' l-ahjar potenzjal jigu impoggija f' gagga, kaxxa ta' madwar 15 jew 18 il-pulzier. Huwa ferm difficli li jkolok ghasafar tajbin ghal wirja jekk ma zzommhomx f'din il' kundizzjoni. Ghal da il-ghan id-dilettant jista juza gaggeg tat-tluq.
Importanti wkoll it-tahrig li wiehed ghandu jghati lil ghasfur sabiex dan igib ruhu tajjeb waqt il-wirja. B' hekk biss tista tkabbar ic-cans tar-rebh. Wiehed jista jghamel toqba fid-dahar ta show cage qadima u jdendila mal-gagga fejn ikun l-ghasfur sabiex dan jidra jidhol u johrog minnha minghajr biza.
Minghajr dubju meta taqbad l-ghasfur b'idejk, tehtieg ikollok kunfidenza fik innifsek. Wiehed jista' jghamel hekk ma kull okkazzjoni li jkollu, minghajr ghagla. Wara l-ewwel hasdiet, l-ghasfur jidra dejjem izjed. Jekk ikun trattat b' gentilezza, wara ftit l-ghasfur jibqa' fuq il-passiggiera bhal kieku biex taqbdu.
Meta tara gahsfur nervuz fil-gagga, poggi iehor aktar trankwil minnu hdejh u malajr tinduna li dak nervuz igib ruhu ahjar.
Meta tidhol fil-kamra tal-ghasafar biex tnaddaf jew biex taghmel xi haga ohra li tkun ser tohodlok il-hin, dejjem poggi dawk l-ghasafar li tkun ser tressaq ghall-wirja fil-gagga tal-wirja sabiex dawn jidraw il-moviment. Kultant ibdel il-pozizzjoni tal-gagga minn post ghall iehor. Zomm f'mohhok li l-ghasfur jiltaqgha ma hafna affarijiet li normalment mhux imdorri jarahom fuq il-bank tal-wirja, ghalhekk aktar ma tvarja ahjar.
Biex l-ghasafar jinzammu fi stat tajjeb, kemm ghal wirja kif ukoll ghat tluq, ghandhom jigu mitmugha ikel ta kwalita tajba. L-iskalora ghandha tkun id dieta bazika ikkumplimentata bi ftit bajd kuljum u kwantita zghira ta' zrieragh xi darbtejn jew tlieta fil-gimgha. Hija arti li wiehed izomm ghasfur f' sikktu ghall-wirja u kull ghasfor ghandu bzonn trattament differenti. Ic-caqliq, ghall-wirjiet, il-hasil bl-idejn, u l-ecitament tal-wirjiet ilkoll ghandhom effett fuq is-sistema nervuza tal-ghasfur. L-esperjenza biss tghallmek tiehu hsieb taghmel dan kollu minghajr konsegwenzi koroh.
Gurnata qabel kull show, l-ghasfur ghandu jigi mpoggi go gagga tal-wirja, nadifa u tkun zgur li jkollu bizejjed skalora sabiex isservih tul il-wirja, ghalkemm dan dejjem jigi iccekkjat mill-membri tal-kumitat tal-ghaqda. Huwa ferm importanti li wiehed jattendi ghall-wirjiet u jistaqsi u jiddiskuti ma dawk intizi f' din ir-razza li huma jispecjalizzaw fiha. Tajjeb ukoll jekk wiehed jiehu l-opinjoni tal-judges u jiddiskuti maghhom, minghajr hafna argumenti zejda li zgur ma jghamlu gid lil hadd.
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|