Il-Mishutin -'Mites'
F' dan l-artiklu, li huwa l-ewwel minn
sensiela fuq il-'Mites', sejrin naghtu harsa
lejn ir-'Red Mites'. Aktar 'il quddiem
f'hargiet ohra nitkellmu fuq in-Northern
Fowl Mite, Scaly Leg Mite, Canary Lung
Mite, Grain Mite u Flour Mite, li kollha
ghandhom konnessjoni ma' l-ghasafar.
Il-'Mites'
ll-'Mites' huma parasiti li huma ta'
teddida kemm ghall-hajja tal-bniedem kif
ukoll ta' l-ghasafar.
Huwa kkalkulat li fid-dinja hawn izjed
minn miljun speci differenti ta' 'Mites' u
45,000 speci minnhom huma maghrufa.
Dawn il-parasiti ilhom jezistu ma' 1-400
miljun sena u jinsabu kullimkien, kemm
15,000 pied taht il-bahar kif ukoll 20,000 pied
fuq il-muntanji Himalayas.
Id-dilettanti tal-ghasafar l-izjed li huma
midhla sewwa, huma tar-'Red Mites',
('Dermanyssus Gallina' li bl-Ingliz tfisser
'Chicken Mite') u n-Northern Fowl Mite'
(Ornithonyssus sylviarum) jew kif l-izjed
maghrufa 'Northern Mite'.
Red Mites
Ir-'Red Mites' jitkattru b'mod
allarmanti, specjalment fis-shana. Ir-'Red
Mite' (mara) wara li tkun xorbot id-demm
minn fuq xi ghasfur, tbid mal-200 bajda fix-
xquq u fit-truf tal-passiggieri, u li fi zmien
24 siegha dawn ifaqqsu. Wara 24 siegha ohra
jkunu tant maturi li jkunu jistghu jitghammru
huma ukoll. Dan ifisser li fi zmien qasir
ikollok infestazzjoni kbira u tkun intlejt.
Dan kif jidher ir-Red Mite imkabbar hafna drabi
Attenzjoni
Jekk ma' nindunawx bir-'Red Mites' u
ma nikkontrollawhomx dawn jistghu jkunu l-
qerda ta' stagun, tant li f'lejla wahda,
ghasfura li tkun qieghda fuq il-bajd tista'
kwazi titbattal mid-demm u tmut jew
tidghajjef hafna. Jista'jkollok ghasfura li tkun
qed izzoq u tabbanduna l-frieh u ma tkomplix
izzoqqhom ghax ikollha l-mites fil-bejta.
Infestazzjoni ta' dawn ir-'Red Mites' tista'
taqbad l-anemia lill-ghasafar kbar, u tant
jisirqu demm mill-frieh fil-bejta li dawn
imutu.
Indikazzjoni
Wahda mill-indikazzjonijiet li turik li
ghandek infestazzjoni, hija l-fatt li l-frieh
imutu fl-ewwel ftit granet wara li jfaqqsu
specjalment jekk tara li l-ferh ikollu kulur car
dan ghaliex ikun minghajr demm. Hafna drabi
nwahhlu fl-ghasfura li ghaffgithom, meta t-
tort ikun tal-Mites.
Ir-raguni li d-dilettant ma jindunax li
ghandu l-Mites huwa minhabba li dawn huma
zghar hafna (imma jidhru specjalment meta
jkunu homor ghax ikun mimlija demm). Jekk
ghandek xi lenti, specjalment jekk bhalna, li
ghajnejna m' ghadhomx daqshekk tajbin, tkun
tista' tarhom ahjar.
Fejn Issibhomn
Matul il-gurnata dawn jistahbew fix-
xquq, taht it-tilari, fit-truf tal-passiggieri ecc.,
biex imbaghad bil-lejl johorgu u jmorru fuq
l-ghasafar fejn jixorbulhom demmhom.
Prekawzjoni
Ftakar li r-Red Mite kapaci jdum
minghajr ikel ghall-5 xhur. Jigifieri oqghod
attent meta tixtri xi affarijiet 'second hand'
jew tissellef xi affarijiet minghand xi hadd
(bhal gaggeg, gaggeg tax-shows, bejtiet,
passiggieri, ecc.) ghax jistghu jkunu bil-mites.
Fil-kaz, hudu bhal principju, li qatt ma
ddahhal affarijiet fejn l-ghasafar tieghek
qabel ma' l-ewwel tkun naddafthom sewwa.
Ahsel sewwa b'xi disinfettant qawwi u
persistenti bhal 'Malathion' u wara li jinxfu
sewwa, sprejjahom sewwa b'xi sprej tajjeb li
hawn fis-suq ghal kontra l-mites. Dawn il-
prodotti, bhal 'Anti-Mite Spray', 'Rid-Mite'
'Blast-Off', u ohrajn. Huma kollha tajbin ghal
kontra l-Mites.
Mites Ohra
Fil-harga li gejja naghtu taghrif fuq
mites ohra li ghandhom konnessjoni ma' l-
ghasafar bhan-Northern Fowl Mites
(Ornithonyssus sylviarum), Scaly Leg Mite
(Knemidocptes Gallinae), Canary Lung Mite
(Sternostoma Tracheacolum), u l-Grain or
Flour Mite (Acarus Siro).
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|