Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

It-trobbija tal-'Gouldian Finches'

minn Dr. Konrad Zammit

F'dan l-artiklu ser nitratta dwar il-mod kif jitnissel dan l-ghasfur tant sabih. Hawn Malta qed jitnissel numru sabih ta' 'Gouldian Finches' kull sena minn grupp ta' dilettanti dedikati. Minhabba l-klima shuna w umduza li ghandna, it-tnissil huwa aktar facli minn pajjizi Ewropej ohra, u zgur li jkollna success u sodisfazzjon kbir jekk nipprovdu l-Kundizzjonijiet mehtiega.

Ghandna nibdew nippreparaw l-ghasafar taghna ghall-kundizzjoni tat-tnissil minn xahar qabel it-tluq. L-ghasafar jintelqu f'guvi mdaqqsa li jintlahqu mix-xemx, l-irgiel u n- nisa ghalihom, u jekk hu possibli xorta wahda thallihom fejn jisimghu lil xuixin. Ghandna nibdew noffru s-softfood u / jew zrieragh imxarrba gurnata iva u gurnata le, u noffruwlhom kuljum wara t-tielet gimgha. (Ma ninsewx indendlu l-ikel fl-istess livell mal- passiggiera). Nibdew ninnutaw l-irgiel qed jghannu spiss waqt li jiehdu pozizzjoni wieqfa, u kultant anki joqomsu fuq il-passiggiera. In-nisa jibdew jittajru kontinwament, u tismaghhom jghajtu kwazi l-gurnata kollha. Meta zmien ikun wasal sew, munqar l-irgiel isir abjad silg ileqq, filwaqt li tan-nisa jkun iswed tuta. L-ghasafar jintelqu meta jaslu f'kundizzjoni tajba, u mhux biz-zmien tas-sena.

Hawn zewg metodi kif jintelqu l-'Gouldian Finches'. Jistghu jintelqu par par f' gagga ta' 3' x 1 1/2' x 1 1/2'. Jien nissilt b'success f'gaggeg izghar minn dawn, izda l-ghasfur ikun aktar komdu f' dan id-daqs. Il-vantagg li nitilqu par par hu li qed nikkontrollaw ahna kif jitlaqqghu l-ghasafar, u ghalhekk din is-sistema hija tajba hafna ghal min inissel il- mutations. Il-metodu l-iehor huwa li nitilqu aktar minn par wiehed flimkien; mhux aktar minn tliet pari f'guva ta'disa' piedi tul). Il-vantagg ta, dan il-metodu hu li l-ghasafar jidhru isbah, fihom anqas xoghol u jistghu jaghzlu s-sieheb jew siehba kif iridu huma. Ta' min isemmi hawn illi l-'Gouldian Finches' ibatu hafna bil-grazzja, jigifieri jekk tlaqqghu ma ghasfura jista' ma jizzewwigiex jekk ma jiehux grazzja maghha, jew jekk ikun diga izzewweg xi ghasfura ohra, meta kien fil-guva. Ghalhekk, jekk inlaqqghu par f'kundizzjoni tajba tat-tnissil u dan baqa' m'ghamilx bejta sa tlett gimghat wara, ghandna nibdlu s-sieheb u s-siehba.

Ghall-bejta ghandna nipprovdu kaxxa tal-injam ta' sitt pulzieri kubi b'toqba zghira fil- faccatta. Din jien inwahhalha mal-faccatta tal-gagga biex inkun nista nittawwal fiha minghajr ma nisfratta l-par. Il-bejta tinbena mir-ragel minn spag ta l-ixkora, 'coconut fibre', u haxix nixef. Il-mara tbid minn hamsa sa tmien bajdiet bojod minghajr tikek, wahda kuljum. Kemm ir-ragel kif ukoll il-mara issahhnu l-bajd ghal madwar sittax il- gurnata. Hawnhekk nixtieq insemmi illi spiss in-nisa jbatu bil problema ta' l-'egg binding', jigifieri li ma tkunx tista' tbid. Din il-problema tigi minn dieta hazina (nieqsa minn xahmijiet u 'calcium'), u meta inisslu minn ghasafar ta' anqas minn disa' xhur.

Meta jfaqqsu l-frieh, dawn ikollhom speci ta' felula zghira li tixghel fid-dlam fuq kull naha tal-munqar. Dawn biex jghinu l-genituri jimmiraw sew waqt li ikunu qed izoqqu fid-dlam tal-kaxxa. L-imzaqq jikkonsisti f' 'soft food' u zrieragh imnibbta kif spejgajt f' sensiel ohra. Il-frieh jtajru wara 20 - 22 gurnata u jkunu ta' lewn ahdar fil-griz. Idumu hafna jinzoqqu wara li jtajru u wiehed m'ghandux jifridhom minn mal-genituri qabel ma jghibu dawk il-feluliet kohol li hemm mal-genb tal-munqar. Imbaghad ghandhom jintelqu f'guvi kbar u nibqghu noffru s-'soft food' kuljum sakemm ibiddlu.

ld-dilettanti ta' dan l-ghasfur spiss ma' jirnexxilhomx inissluh minhabba li jsibu l-frieh barra l-kaxxa hekk kif faqqsu. Dan jigri ghax ir-ragel tant ikollu namra li jwaddab il-frieh il-barra sabiex jerga jberrek. Hawnhekk ghandna nifirdu r-ragel gimgha qabel ifaqqsu l- frieh, u nergghu nintroducuh hamest ijiem wara li jfaqqsu, sabiex b'hekk ikunu tqal wisq biex jarmihom il-barra. Bosta dilettanti jiehdu l-bajd tal-'Gouldian Finch' u jqieghduh taht il-'Bengalese Finch', peress li dan ta' l-ahhar irabbi l-frieh ferm tajjeb. Ghandna nuzaw dan il-metodu sakemm nistabbilixxu 'stock' tajjeb u mbaghad inhallu ftit pari biss tal-'Bengalese' f'kaz li jkollna l-'Gouldian' li jabbandunaw il-bejta. M' hemm xejn isbah milli naraw il-'Gouldian' isahhnu, ifaqqsu u jtajru l-frieh taghhom huma stess.

Jezisti diversi 'mutation' fosthom il-'whitebreast', 'lilac breast', 'blue back','yellow back' u s- 'silver back'. Dawn huma ferm sbieh izda rridu noqghodu attenti kif nlaqqawhom sabiex ma' ndajfux ir-razza. Ghalhekk min qed jimmira li jlaqqa dawn il-'mutations' ghandu jiehu parir minghand dilettant ta' esperjenza. Meta jkun imressaq sew ghall-wirja, il- 'Gouldian Finch' fih kull ghaxqa u dejjem jigbed il-folol lejh. L-ghasfur ghandu jigi ttrenjat sew sabiex ma joqghodx jithabat meta jaffaccja l-folol ghal-ewwel darba; spiss dan wassal ghal mwiet t' ghasafar tajbin.

Nixtieq naghlaq billi nappella lil aktar dilettanti serji biex jiddedikaw ftit hin u spazju ghall- isbah ghasfur tal-gagga filwaqt illi nzommu f'mohhna li l-ezistenza tal'Gouldian Finch' f'din id-dinja se tkun tiddependi biss minn dilettanti bhali u bhalkhom ghax huwa mahsub li minn hawn u ftit snin ohra dan l-ghasfur jista jinqered ghal kollox mis- selvagg.


Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.005653 seconds
61