Il-Gardell
minn Dr. Konrad Zammit
Il-Gardell (Carduelli carduelis) huwa wiehed mill-ewwel ghasafar li bdew
jinzammu fil-gageg sabiex isebhu d-djar bl-ghanja ferrieha u l-gmiel ta' kuluri li
huma mzejnin bihom. Ilu sekli shah jinzamm fil-maghluq, u kien l-aktar ghasfur tal-
gagga popolari fl-Ewropa qabel ma gie introdott il-kanarin. Illum il-gurnata jibqa
favorit kbir fost id-dilettanti ta' l-ghasafar ta' l-ghana fl-Ewropa, ghalkemm hawn
Malta hawn aktar dilettanti tal-verdun.
Fis-selvagg il-gardell jinsab mifrux fuq il-parti l-kbira ta' l-Ewropa, fl-Afrika ta'
fuq u anke l-Asja. Il-gardell izur pajjizna fil-harifa u nergghu narawh fir-Rebbiegha.
Ghalkemm huwa ghasfur abbundanti hafna fil-gonna u l-parks ta' l-Ewropa ta' Fuq,
generalment huwa skars f'pajjizna.
Kif taghraf gardell ragel minn mara? Smajtha elf darba din il-mistoqsija. Hawn
diversi punti fl-ghasfur li jaghtu indikazzjoni jekk hux ragel jew mara, izda trid tkun
dilettant sewwa biex taghmel din id-distinzjoni.
- Ir-ragel huwa generalment AKBAR fid-daqs mill-mara u rasu tkun ukoll akbar
u forma ta' kaxxa filwaqt li tal-mara tkun gejja aktar fit-tond.
- Il-maskla tar-ragel tkun mifruxa fuq wiccu kollu tiskorri l-ghajn u tkun ta' lewn
ahmar ileqq, filwaqt li tal-mara tkun izghar u aktar mitfija.
- Ir-rix ta' madwar il-munqar ikun iswed fir-ragel, filwaqt li jaghti fil-kannella
fil-mara.
- Il-munqar tar-ragel huwa itwal u kemxejn imbexxaq fit-tarf; tal-mara jkun qasir
u dritt.
- Meta tiftah il-gwienah issib illi l-ispallejn tar-ragel ikunu suwed ileqqu bi ftit
rix kanella f'tarf tar-rix; il-mara jkollha ferm izjed kannella u gieli wkoll xi rix
hadrani.
L-ahhar zewg punti jghinuk ukoll biex taghraf il-frieh li ghadhom ma biddlux.
Numru kbir ta' griedel jigu mpurtati kull sena. Sfortunatament hemm rata gholja
ta' mwiet fi griedel li ghadhom kemm dahlu minn barra. Dawn jingiebu ffullati f' gabjuni
zghar fejn il-mard infettiv jinfirex malajr. Ghalhekk meta nixtru minn dawn il-griedel
ghandna nhalluhom f' kamra l-boghod mill-guvi taghna, naghtu antibiotic ghal gimgha,
naghlfu tahlita ta' skalora, peprin, tal-kittien, skalora sewda u teazle, u bajd mgholli
u rnhallat ma' soft food tal-pakkett.
Il-gardell huwa ghasfur li jadatta ferm ghall-gagga u l-ghanja melodjuza tieghu
isemmaghhilna kwazi s-sena kollha. Bi ftit attenzjoni nistghu nnisluh ukoll, u nurnru
zghir ta' griedel qed jitrabbew mill-bejta kull sena f' pajjizna. Par griedel jista' jintelaq
f'guva ta' sitt piedi tul, tlieta fond u tlieta gholi. Jekk ikollok aktar kobor jista jintelaq
aktar minn par wiehed ghax griedel bil-bejta ma tantx jiggieldu izda trid toqghod
attent li ma tiffullax il-guva.
Generalment il-griedel jibdew ibidu f' Mejju; dan hu daqsxejn ta' zvantagg ghalina
l-Maltin minhabba s-shana tremenda li tkun diga bdiet f' dan iz-zmien. Il-bejta tkun
maghmula mit-tajjar f' xi basket zghir tal-qasab jew fil-frieghi li ghandna norbtu
flimkien fi gzuz- u jitwahhlu fl-gholi fil-guva. Il-bejta tkun fonda, pulita u b'sahhitha
tant li rari jaqa xi ferh, ghal kuntrast mal-vrieden. Il-gardella tbid minn erba' sa
hames bajdiet u sahhan wahedha ghal tlettax il-gurnata.
Meta jfaqqsu ghandna noffru l-bajd iebes mhallat mas-soft food, flirnkien ma'
tahlita ta' zrieragh mxarrba u mnibbta. Tinsewx li s-shana tkun hadet sew u dan it-
tip ta' ikel irid jigi offrut xi tliet darbiet kuljum sabiex ma jiqrasx. ll-gardella ma tantx
tiehu pjazir jekk tmissilha l-bejta specjalment jekk tkun ghasfura maqbuda mis-
selvagg; ghalhekk kemm jista'jkun tersaqx lejn il-bejta.
Il-ferh itajru wara tlettax il-gurnata u hawn il-missier gieli jithajjar jibda jzoqq.
Jekk jigri hekk dan ikun aktar facli biex il-mara tahseb ghat-tieni bejta. fl-frieh ghandna
nnehuhom biss meta nkunu certi li qed jieklu wahedhom.
Il-gardell jista' jintelaq mal-kanali u jipproduci bghula sbieh ferm. L-ahjar bghula
ghall-wirja huma dawn imnislin mill-kanali RedBronze, Demorphie u Norwich; dawn
ghandhom jinghataw il-kulur. Il-gardell huwa tajjeb hafna biex nipproducu hybrids;
il-gardell ragel jista' jintelaq ma verduna, gojjina, ekra, redpoll, bullfinch jew rosefinch.
Ghall-esebizzjoni, il-gardell huwa addattat ferm, tant li ghasfur tajjeb u mharreg
sew ghall-wirja jibqa' tielgha u jirbah l-specials. Il-gardell jigi ggudikat fuq dawn il-
punti:
Punti
- -DAQS: Kbir kemm jista jkun 10
- -FORMA: Proporzjonat sew u wieqaf 10
- -RAS: Maskla kbira li tinzel sew sal-gerzuma
u tiskorri l-ghajn se; maqtugha ezatt
fi-xfar ta' kulur ahmar jghajjat u tleqq
u minghajr iswed kemm jista jkun, forma
ta' kaxxa; il-kappa ta' fuq ir-ras trid tkun
sewda minghajr rix car 35
- -GWIENHAJN
U DENB: Isfar fuq il-gwienhajn jidher sew, u
t-tikek bojod fuq truf tal-pinen tondi u
kbar 5
- -KULUR: Kannella skur fuq id-dahar, sider u gnub,
u maqtugh sew u jispikka minn mal-
kumplament tal-kulur 15
- - KWALITA TAR-RIX U KUNDIZZJONI: 15
- - GAGGA U TAHRIG 10
- - TOTAL 100
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|