L-Apparell (Serinus serinus)
min Angelo Demicoli
L-Apparell huwa ghasfur li jinstab l-aktar madwar il-bahar Mediterran,
ghalkemm jinghad li qed jizdied fl-Ewropa.
Fl-ghamla u l-forma tieghu jixbah lil kanarina Border izda ferm izghar;
infatti
fih biss hdax il-centimetru u nofs. Il-Kulur tieghu huwa generalment ahdar
car fuq id-dahar, b' faxxi jew rigi kannella u grizi. Ir-ragel ghandu
sidru, mohhu,
fuq denbu u l-faxxi ta' ghajnejh sofor. Il-Mara mhix daqshekk sabiha, u
jkollha
hafna inqas isfar. L-ghanja hija melodjuza ghalkemm mhux varjata.
Dan l-ghasafur huwa biex nghid hekk il-kugin tal-kanarin (Serinus canaria)
u huwa forsi hasra li ma jinghatax aktar attenzjoni fit-trobbija. Jiena
nemmen
li kieku kelna nibdew inrabbuh bis-serjeta, kapaci xi darba nnislu minnu
hafna
kuluri differenti, bhal tal-kanarini. Nemmen li ghandu potenzjal daqs
il-verdun
u l-ekra.
Huwa ghasfur li malajr jimmansa u jsir fidil hafna. Jiekol tista tghid iz-
zrieragh iz-zghar kollha. Ihobb hafna z-zrieragh hodor li jkunu ghadhom
fuq
il-pjanti, bhal gargir, leftija, psim, kubrita, seiq, tfief u hass
selvagg. Dawn
flimkien ma zrieragh imxarba huma ta' importanza kbira fi zmien meta jkollhom
il-frieh fil-bejta. Jieklu wkoll bajd iebes imqatta'. L-Apparell huwa
mfittex biex
minnu jittiehdu l-bghula. Billi dan l-ghasfur huwa vicin hafna
tal-kanarin dan
mhux difficli li tiehu l-bghula minnu. Jiena spiss nitlaq dan l-ghasfur ma
kanarini ta' kulur differenti u s'issa rnexxieli niehu diversi kuluri ta'
bghula.
Fost dawn insemmi l-ahdar normali, blu, cinnamon, varigati u bronze. Hawn
min jghid li l-bghal ragel ta' l-apparell jista jkun fertili. Jien kemm
il-darba
ippruvajt izda sa issa ghadni qatt ma hadt frieh min bghal. Nisa spiss
ikolli li
jbidu, izda dawn qatt ma kellhom bajd ingallat.
L-apparell jiehu interess hafna fit-trobbija tal-frieh u spiss tarah
izoqq il-
kanarin meta din tkun issahhan, kif ukoll lill-frieh meta dawn ikunu gewwa
barra il-bejta.
Skala ta' punti ghall-wirja.
- Daqs -- Kbir kemm jista' jkun 10 punti
- Ghamla -- Mimli u maghqud, u jzomm ruhu sewwa fuq
il-perca 10 punti
- Marki -- Cari u regolari, isfar fuq il-mohh, fuq id-denb,
fis-sider u l-istrixxi ta' l-ghajnejn. 20punt
- Kulur -- Sabih u mhux imdahhan, distint. 20punt
- Imgieba -- Kwiet, kalm u attent. 15 punti
- Kwalita tar-rix u kondizjoni -- Rix ileqq, nadif u mhux imqatta. 15 punti
- Presentazjoni -- gagga nadifa u mizmuma tajjeb. 10 punti
- TOTAL 100 punt
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|
 

  
|