Iz-Zebra ta' l-Esibizzjoni
minn Dr. Konrad Zammit
Iz-Zebri huma dawk l-ghasafar zghar b'munqarhom ahmar li ma' ghandhom
bzonn ta' l-ebda introduzzjoni ghax huma popolari hafna u l-ghajta
karatteristika
taghhom tinstema f' bosta djar tal-Maltin.
Illum il-gurnata hawn razez ta' zebri li gew zviluppati apposta
ghall-wirjiet. Dawn
l-ghasafar huma ta' daqs hafna akbar minn dawk li nafu bihom is-soltu;
jaghtu
dehra ta' ghasfur mimli sew, tond u ohxon. Dawn jigu f' hafna kuluri
differenti u s-
sabih taghhom hu li jigu esibiti bhala pari.
Kienet il-lecture li ta' s-Sur Haward Brown fis-sajf ta' l-1996 meta
sirna nafu
b'dawn ir-razez ta' zebri ta' l-esibizzjoni. Is-Sur Brown kien ppreparat sew
u l-istampi
li gab mieghu hajru lil bosta dilettanti prezenti biex jibdew irabbu dawn
l-ghasafar.
Kien is-Sur Joe Zammit li dik is-sena stess kien l-ewwel breeder li
ntroduca dan l-
ghasfur f'pajjizna, u gew esibiti ghall-ewwel darba f'Malta fl-ewwel
Wirja tax-Xitwa
ta' l-Ghasafar tal-Fur and Feather Association dik is-sena stess.
Iz-zebri ta' l-esibizzjoni jigu f'bosta razez differenti fosthom in-normal,
fawn, pied,
white penguin, chestnut-flanhed white, lightback, cream, silver,
blackbreast,
blackcheek, blacklace, phaeo, orangebreasted u hafna ohrajn. Is-sabih
ta'dawn ir-
razez kollha huwa li tista tlaqqa razez differenti flimkien biex tohrog
kuluri godda
jew itejjeb ir-razza.
It-trobbija taz-zebri m' hijiex wahda difficli izda bhal kull finch
ezotiku iehor
ghandhom bzonn is-shana u tlettax il-siegha dawl kuljum. ld-dieta
bazika hija dik
ta' skalora u milju imballta (white miller, panieum millet u japanese
millet). Tahlita
ta' soft food kummercjali u bajd mgholli ghandha tigi offruta minn xahar
qabel ma
jintelqu u matul l-istagun kollu tat-tnissil. Iz-zebri jintelqu par par
f'gagga tat-tluq
normali u jbejtu f'kaxxa b'nofs il-faccata mikxufa.
Iz-zebri jigu esibiti f'pari f' gagga apposta. Par zebri f'kundizzjoni tajba
u mharrga
sew ghall-wirja jattiraw ghajnejn il-judge u jimxu l-quddiem fil-wirja.
Dawk id-dilettanti
nteressati f'dan il-qasam tat-trobbija ta' l-ghasafar tal-gagga jistghu
javvicinaw lil
kumitat tal-Malta Cage Birds Association biex jindikawlhom min huma
l-membri li
lesti jghinuhom fit-tnissil u l-wiri ta' dawn l-ghasafar
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|