Articles
BBA Club
MCBA Club
MCBA Junior Club
Competition
House of Crests


Dogs Birds Cats Fish PetNGarden Exotic Plants

News Shops My pet page Search Contact List Win Free Services send e-mail

TMIGH TAL-KULUR

minn Lawrence Cauchi

It-tmigh tal-kulur mhux xi haga gdida, izda beda bejn wiehed u iehor fl-1870. Kienet qamet kontroversja shiha meta xi judges kienu ndunaw li certi kanarini Norwich fl- Ingilterra kellhom kulur orangjo ferm isbah mill-isfar li jkollhom is-soltu. Kien hemm min accetta dan l-ispeci ta' kulur rikk u min le. Ir-rix intbaght il-laboratorju u ma nsab xejn artificjali. Kien gara li b'kumbinazzjoni, xi hadd kien tama' bzar ahmar (Cayenne Pepper) fl-ikel artab (softfood). L-ghasafar kienu ftit morda waqt it-tibdil u l-breeder haseb li l-bzar jaghmlilhom gid.

Meta xterred l-ghajdut, qam paniku shih u wara ftit taz-zmien ghamlu sezzjonijiet ta' Colour Fed u Non-Colour Fed, ikun xi jkun it-tmigh tal-kulur. Fdan iz-zmien inhass li bzar jahraq jista' jaghmel hsara u ghalhekk beda jintuza bzar li ma jahraqx (Capsicum Annum) jew (Sweet Pepper).

Il-kulur ahmar fir-rix tal-kanarini (Red Factor) huwa l-effett ta' sustanza li tissejjah Canthaxanthin, li ghandha konnessjoni mal-Vitamina A li tinsab fiz-zunnarija u hxejjex ohra. Il-Canthaxanthin fin-natura tinsab f'certi insetti, hut, granci, hxejjex u sahansitra f'certu faqqiegh (egg mushrooms). Hija responsabbli ghall-kulur ahmar fir-rix tal- flamingo u l-ekru ahmar li minnu tnissel il-kanarin ahmar. Fis-selvagg din is-sustanza tittiehed mill-ikel li l-ghasfur jiekol u ssib ruhha. fir-rix wara li tghaddi mid-demm. Billi l- Canthaxanthin fil-forma kimika taghha mhix daqshekk stabbli, trid tittiehed regolarment ghaliex inkella l-kulur tar-rix jintefa.

Ftit snin ilu l-Canthaxanthin inhadmet fil-forma pura taghha fil-laboratorju ta' F Haffman La Roches fl-Isvizzera. Wara nstab metodu li bih saret stabbli taht trade mark 'Carophyll Red' li fiha 10% Canthaxanthin pura. Ghall-bidu ntuzat kummercjalment biex taghti kulur sabih lill-isfar tal-bajd u l-laham tat-tigieg, papri, u l- bqija, biex jidhru prezentabbli fuq il-mejda. Tintuza wkoll biex taghti kulur hamrani f'certi ikel ghall-konsum tal-bniedem.

Saru esperimenti f'ghadd zuwijiet bil-Carophyll Red fuq ghasafar homor. Instab li zieda ta ftit sustanzi mad-dieta taghhom tat rizultati eccellenti fil-kulur tal-flamingo u xi ghasafar zghar ohra. Instab li l-fertilita' zdiedet ukoll.

Ghall-kanarini t-tmigh tal-kulur ahmar (Caro Red) beda jkun accettat bil-mod fis- snin sittin wara hafna problemi ghax min riedu u min le, bhal ma gara f'pajjizna. Wara kien approvat mid-dinja kollha. Il-kulur jinstab taht forma ta'trab fin ahmar skur li jista' jithallat facilment mas-soft food jew ma' l-ilma fi zmien it-tibdil (moulting). L-ammont li trid thallat jiddependi mir-razza tal-kanarini 'Kulur' jew 'Type' - Norwich, Lizard u Yorkshire. Billi d-doza hija baxxa ferm, u bhala sustanza tiswa l-flus, l-ahjar li taghtih mas-soft food biex tevita l-hela. Breeder barrani jghid li gramma kulur hija bizzejjed biex ghasfur wiehed ibiddel mill-bidu sa l-ahhar. Biex taghtih ma' l-ilma, hallat kuccarina Caro Red mimsuha ma' tazza ilma kwazi jaghli u wara li jiksah zid ilma kiesah sa ma jigi litru (qies ta'kontenut ta'kartuna halib). Zomm fil-frigg sa 2 jew 3 ijiem u aghtihom jixorbu minnu. Il-kulur irid jintuza minn meta l-ghasfur ikollu 6 gimghat qabel ma jitfacca rix gdid biex b'hekk jilhaq ikun assimilat fid-demm u jkun attiv biex jaghti l-kulur ahmar lir-rix kollu li jkun se jibda johrog. Jekk ma taghtix fil-hin jigri li parti mis-sidder u l- ispallejn jidhru bla kulur.

Kif ghedt aktar 'il fuq, l-ahjar hu li taghtih mas-soft food. Hallat 3-4 grammi ta' Caro Red ma' 1.5kg ta' soft food fi stat niexef u uza minnu kemm ikollok bzonn. Metodu iehor huwa li thallat zewg kuccarini (1Og) Caro Red ma' bikkrin ta' mitt gramma glucose jew zokkor mithun fin u zzommu go kontenut maghluq sew. Meta tigi biex titma' s- soft food hallat min din it-tahlita billi troxx ftit fil-wicc tas-soft food u hallat sewwa. Jekk tara l-hmieg iswed u abjad, mintix taghti kulur bizzejjed; jekk il-hmieg huwa ahmar qed taghti zzejjed. L-ahjar rizultat ikun kulur roza.

Importanti li ma naghtux hafna hxejjex meta naghtu l-kulur u jekk irridu rizultat tajjeb ghandna nitimghu avena u skalora sewda, minflok skalora u rape seed. Nitimghu zunnarija flok hass. Ir-raguni hija li xi zerriegha u hxejjex fihom sustanza li tissejjah 'lutein' li fiha kulur safrani li taghti l-kulur ahmar jaghti fl-orangjo flok ahmar sabih kif irriduh ghall-wirja. Iz-zerriegha tal-kittien (Linseed) tghin waqt it-tibdil biex taghti l- leqqizza tar-rix. Banju bl-ilma jghin biex ir-rix jispunta aktar malajr u sabih. Meta nigi biex naghtu l-kulur lil 'Mosaic' jew 'Dimorphic', l-istess metodu japplika, u l-istess haga ghar-Rose Canary. L-ahmar u r-roza jew l-erba' punti tal-Mosaic johorgu homor mhux biss bis-sahha kemm naghtu kulur imma b'kemm ghandna genetika hamra fir-razza taghna. Kulur zejjed jista' johrog bhall tbajja' kannella fuq ir-rix ghalkemm hsara ma jaghmilx. Il-Mosaic jew Dimorphic qatt ma ghandhom jinghataw kulur minn gol-bejta ghax inkella ma jkunux tajbin ghall-wirja.

Wahda mit-tahlitiet li juza breeder u judge Ingliz ghar-razza ta' Norwich Canary u li tista' tintuza ghall Lizard u Yorkshire Canaries hija din li gejja: hallat (A) parti bzar ahmar ma' 6 partijiet soft food, (B) 10 grammi (2 kuccarini) Caro Red ma O.5kg soft food. Wara hallat parti minn(B) ma' 5 partijiet minn(A). Imaghad itma' kuccarina (5g) kull ghasfur darba iva u darba le. Punt li mhux kulhadd jaqbel mieghu huwa dwar jekk breeder ghandux ihalli gurnata fil-gimgha minghajr ma' jaghti l-kulur, biss dejjem l- istess gurnata. lr-raguni hija biex ikun stabbilizzat il-Caro Red zejjed li jkun hemm fl- ghasfur.

Punt iehor li kulhadd jaqbel mieghu huwa li wiehed jaghti darba jew tnejn kulur fil- gimgha lil dawk l-ghasafar li jkunu bidlu u li jkunu se jintellghu ghall-wirja. Ir-raguni hija li jekk taqa' xi rixa accidentalment terga titia' l-istess kulur.

Kif tistorja l-kulur Carophyll Red huwa importanti hafna. Trid tistorjah f'post mhux umdu, boghod mid-dawl u shana imma mhux fil-frigg. L-ahjar jitpogga go flixkun skur tal-hgieg b'tapp bil-kamin jew borza tal-polythene li titpogga go landa b' ghatu air- tight. B'dan il-mod jibqa' tajjeb ghal bejn 6 xhur u sena, ghalkemm id-ditta tghid li 6 xhur huwa l-massimu tal-garanzija.


Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website



your ad could be here

coloring pages

.

Quick links: Home Birds Cats Dogs Fish Exotic Plants Free cross stitch pattern Free stained glass patterns Eggart by Candice Top Cocktail Recipes Free pet coloring pages Free animal vectors Colorful stained glass patterns for free Educational tutorials Privacy Policy

page generated in 0.006627 seconds
61