Hxejjex Slavagg ghall-Ghasafar
minn Joe Mallia Milanes
Din hija sensiela gdida li titratta suggett importanti - Hxejjex Slavagg li
huma tajbin ghall-
ghasafar taghna. L-awtur jaghtina gabra ta' dawn il-hxejjex li nsibu hawn
Malta.
Gargir il-Gemel (capsella bursa pastoris) bl-Ingliz - Shepards Purse)
Din ix-xitla li l-ghasafar jiehdu pjacir biha hafna tista' tinghalef
bil-liberta kollha, anki lil ghasafar zghar.
Ghandha l-vantagg Ii tista' tintuza fi kwalunkwa daqs, kemm zghira u anki
kbira, tintuza bhala medicina u
bhala ikel. L-ahjar zmien li fih ghandha tinqata' hu meta tkun mimlija
biz-zerriegha izda anki meta tkun ghadha
weraq u fjuri biss tkun tajba biex tinghalef. Meta tkun ghadha hadra ma
tkunx sustanzjuza daqs meta tkun
mimlija zerriegha, imma xorta l effett pozittiv taghha jkun jidher fuq
l-ghasafar.
Gargir il-gemel
Din ix-xitla tkun gholja xi pied (30 cm) b' hafna frieghi jew weraq li
jintaqghu fil-qih tax-xitla u jispiccaw bil-
fjuri jew biz-zerriegha fit-truf taghhom. Hija xitla naqra sufija
specjalment in-naha ta' isfel. Il-fjuri bojod taghha
huma forma ta' salib b' erba petali zghar ta' xi 3mm il-wahda. Warajhom ezatt
issib triangolu mimli zerriegha li meta jinxef, jinqasam min-nofs u minnu
johorgu zrieragh zghar sofor fil-
kanella. Din ix-xitla specjalment iz-zrieragh taghha jghinu hafna
fid-digestjoni ta' l-ikel. ll-fjuri taghha huma
bojod u bla riha. Tinsab kemm fis-salvagg kif ukoll fuq art ikkultivata.
Cikwejra Salvagga (Taraxacum vulgare, bl-Ingliz - dandelion)
Din hija wahda mill-aqwa pjanti li wiehed jista' jaghlef lill-ghasafar.
Jezistu hafna pjanti li huma tajbin hafna
imma l-ebda wahda minnhom ma hi tajba daqsa. L-aktar li wiehed isibha hi
fix-xitwa u r-rebbiegha. L-aktar li
tkun bil-fjuri huwa fir-rebbiegha. Il-fjuri huma sofor u jidhru qabel
il-weraq. Generalment wiehed isibha tikber
fi rqajja ta' xtieli flimkien u rari hafna li issibha wahida. F'din
il-pjanta tezisti l-ahjar tahlita ta' minerali li
jghinu biex jippurifikaw id-demm. Billi jezistu xi xtieli ohra li jixbhuha
u z-zrieragh taghhom xorta jghogbu lill-
ghasafar, wiehed ghandu joqghod attent li jkun qieghed jigbor ix-xitla
t-tajba. Mhux ghaliex l-ohrajn jaghmlu
l-hsara, izda ghaliex wiehed ma jkunx qieghed jaghlef dawk is-sustanzi li
jkun qieghed jippretendi. Ic-cikwejra
salvagga jkollha l-fjuri fit-truf taz-zkuk dritti, lixxi, llustrati u bla
weraq. Minn gewwa z-zkuk ikunu mimlija
b' halib abjad u morr, li johrog minnhom kif wiehed jaqta' l-fjura. Dawk
il-pjanti li jixbhuha ghandhorn aktar
minn fjura wahda fuq l-istess zokk.
It-Tfiefa (Sonchus Oleraceus)
Din hija wahda mix-xtieli l-aktar popolari mad-dilettanti ta' l-ghasafar.
Tant togghob lill-ghasafar, li jista
joffruwilhom tul
iz-zmien kollu tat-tluq. Pero' d-dilettant joqghod attent qabel ma
jaghlifha, specjalment lill-kanali li jkun bil-
frieh, ghaliex xi kanali wara li jduquha, ma jkunux iridu jzoqqu lin-novelli
b'xejn hlief bit-tfiefa. Din tikber kwazi
kullimkien, izda d-dilettant ghandu joqghod attent li ma jigboriex minn
mat-triqat jew 'round abouts' ghaliex
dawn ikunu mimlija bic-comb mill-exhaust tal-karozzi. It-Tfiefa tikber matul
ix-xitwa w fir-rebbiegha
(ghalkemm sibtha kemm il-darba fis-sajf f'postijiet saqwi). Dawn pjanti li
gieli jilhqu xi metru gholi. Il-frieghi
taghha fihom hafna ferghat u bla xewk. Il-fjura ta' din il-pjanta tixbah
hafna lil fjura tac-cikwjra salvagga.
Meta l-fjura tinxef, timtela' biz-zrieragh li mat-tarf taghhorn ikollhom
imwahhal bhal rix, li jghinhom itiru mar-
rih. Dawn il-pjanti miksija b'dik id-dubbiena zghira hadra li wkoll taghmel
tajjeb hafna ghall-ghasafar.
Il-Harira Bajda (Stellaria Media)
Il-'Harira Bajda' vera hija wahda mil-ahjar hxejjex slavagg li ghandna, pero
dan isem jinghata lil hafna pjanti ohra
li mumiex 'Harira Bajda' vera. Din il-pjanta ila tintuza ghal ghasafar ghal
generazjonijiet shah minghajr qatt ma
kella kritika serja. Din tista tintuza fi kwalunkwe stadju tal-hajja
b' rizultati tajba hafna w kwazi l-ghasafar
kollha jhobbuha. Hija wahda mill-pjanti
favoriti tal-ghasafar nisa li jkunu jzoqqu. Il-kanali w tal-ghana fil-gaggeg
jiggennu ghalija, u mhux ta' b'xejn, ghax
fis-selvagg, il-gardel, il-gojjin, il-malvizun, il-bilbla w d-durrajsa
tarhorn iffittxuha. Ilha ghal zmien twil
mgharufa ghal effet tajjeb li ghanda fuq is-sistema tad-demm, specjalment
jekk l-ghasafar ikunu mghalufa
minna ghal xi zmien. Dan ghalix il-werqa taghha fihom hafna elementi
essenzjali ghas-sahha tal-ghasfur.
Din il-pjanta tinferex ma l-art u tikber bejn 15 u 45cm. Ghanda l-akisi
taghha minfuha w jinkisru malajr. Haga partikolari ta' din il-pjanta
hija, rik ta' xghar fin li jghaddu max-xitla kollha
u min naha ghal ohra tal-werqa. Il-weraq jikbru tnejn tnejn fuq kull naha
taz-zokk u ghandhom forma ta' bajda
li jispiccaw bil-ponta. Waqt li l-weraq tan-naha t'isfel tal-pjanta ghandhom
forma ta' qalb u johorgu min go
zokk, dawk ta' fuq ikunu qishom imwahla mal-fergha li johorgu minnha.
Il-fjuri tal-'Harira Bajda' huma bojod u
rnghamula min hames petali zghar. Kull petala hija maqsuma min nofs, b' tali
mod li jekk wiehed ma jharisx
lejha sewwa, jahseb li l-fjura hija mghamula min ghaxar petali. Biex wiehed
jinduna b'dan irid jaqbad blanzun u
jaqsmu bicciet. Ta' min jinnota l-fjuri ta' din il-pjanta, jigifieri, li
l-petali l-bojod huma iqsar min dawk hodor.
Il-kaxxa taz-zerriegha nsibuha fit-truf taz-zkuk. Din il-pjanta isiba kemm
fl-ghelieqi kif ukoll fil-gonna, fix-
xitwa, fir-rebbiegha w fis-sajf, kwazi s-sena kollha.
Donated by the Malta Cage Birds Association Club visit MCBA club website
|
|