L-Ghaqda fil-Kamp Internazzjonali
Fl-1988 l-Ghaqda, giet accettata bhala membru fi hdan
l-Organizazzjoni Ornitologika Mondjali (COM) taht l-
isem Bird Breeders Association.
L-ghan principali kien li d-dilettant Malti jkollu d-dritt jiehu sehem fil-
kampjonati mondjali li jsiru kull sena. Meta deher li ersaqna sewwa lejn il-
livell mehtieg bdiet tinhass ix-xewqa li jinghata bidu biex din il-holma
ssir
realta' u b'hekk jinfethu orizzonti godda ghad-dilettanti membri ta'
l-ghaqda,
Ir-regolamenti huma iebsa u l-kompetizzjoni harxa. L-ewwel htiega kienet
li jsiru kuntatti ma' persuni barranin li ghandhom hafna snin ta'
esperjenza
f' dawn il-kampjonati. Hawn l-ghaqda sabet kull ghajnuna specjalment
minghand is-Sur Robert Van Dorpe li ggudika l-ghasafar f' bosta kampjonati
u huwa r-rapprezentant Belgian fil-kunsill tal-COM. F'isem il-kumitat u l-
membri kollha nghidulu grazzi.
F'Awissu 1995 gie Malta s-segretarju generali, l-Olandiz C G Maandag.
Kemm. il-kumitat kif ukoll il-membri kellhom bosta laqghat mieghu fejn gew
iccarati xi diffikultajiet li kien fadal. Is-Sur Maandag esprima
sodisfazzjon u
fahhar il-mod kif l-ghaqda hija amministrata. Filwaqt li wieghed li
jirraporta
dan lill kunsill generali tal-COM appena dan jiltaqa', heggeg lill-membri
sabiex jippartecipaw halli Malta ma tibqax membru fuq il-kotba biss, izda
ssir membru attiv.
Dan qawwa qalb kulhadd u ddecidew li jiehdu sehem fil-kampjonat li ser isir
f' Charleroi, il-Belgiu bejn id-19 ta' Jannar u 1-5 ta' Frar 1996. Ifisser li
madwar mitt ghasfur imwieled u mrobbi Malta fl- 1995 ser jikkompetu ma'
xi ghoxrin elf ghasfur iehor gejjin mid-dinja kollha. Kull bidu huwa difficli
izda l-esibituri ghandhom kuragg ta' sur ghaliex wara kollox din ser isservi
bhala esperjenza ghall-futur. Jekk ma tippartecipax ma tistax tkun taf intix
miexi fit-triq it-tajba. Wara kollox in-novelli li qed inrabbu huma mnissla
minn ghasafar impurtati minghand breeders barranin li hafna minnhom rebhu
bosta unuri kemm f'pajjizhom kif ukoll f'pajjizi ohrajn..
Inghata bidu ghall-episodju iehor fis-sensiela pozittiva li qabdet din l-
ghaqda li f'eta hekk zghira diga ghamlet passi ta' ggant. Qalbna qawwija li
s-successi jaslu fi-zmien qasir halli naghmlu kuragg u aktar membri
jesebixxu l-ghasafar taghhom.
Donated by the Birds Breeders Association Club visit BBA club website
|